Daniel Parejo Muñoz
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Daniel Parejo Muñoz | ||
Twelid | 16 ta' April 1989 Coslada, Spanja | ||
Tul | 1.82 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Villarreal | ||
Numru | 5 | ||
Mixtliet | |||
1998–2000 | Coslada | ||
2000–2003 | Espinilla | ||
2003–2006 | Real Madrid | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2008 | Real Madrid Castilla | ||
2008–2009 | Real Madrid | ||
2008 | → Queens Park Rangers (self) | ||
2009–2011 | Getafe | ||
2011–2020 | Valencia | ||
2020– | Villarreal | ||
Tim nazzjonali | |||
2007–2008 | Spanja U19 | ||
2009 | Spanja U20 | ||
2008–2011 | Spanja U21 | ||
2018– | Spanja |
Daniel Parejo Muñoz (Coslada, 16 ta' April 1989) huwa plejer tal-futbol professjonali li jilgħab bħala midfilder mat-tim Spanjol ta' Villarreal.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Parejo kien prodott tal-akkademja mixtla ta' Real Madrid. Il-kowċ Bernd Schuster kien impressjonat bit-talent taż-żagħżugħ u għażlu biex jitħarreġ għal diversi drabi mat-tim tal-kbar.
Fl-4 ta' Awwissu 2008, Parejo ġie msellef għal sena lit-tim taċ-Championship Ingliż Queens Park Rangers, u ddebutta mal-QPR ħamest ijiem wara fejn daħal bħala sostitut fir-rebħa ta' 2–1 fuq Barnsley f'Loftus Road. Parejo għamel tmintax-il dehra.
Fis-17 ta' Diċembru 2008, Real Madrid sejjħuh lura mis-self, wara li l-midfilders regulari tagħhom Rubén de la Red u Mahamadou Diarra spiċċaw barra għall-istaġun kollu kawża ta' problemi fiżiċi. Parejo ingħata n-numru 17, li qabel kien milbus minn Ruud van Nistelrooy li wkoll kien se jkun barra mil-logħob għall-kumplament tal-istaġun. Minkejja dawn il-problemi fit-tim, hu ftit li xejn deher mat-tim bl-ewwel logħba tkun dik kontra Sporting de Gijón tal-15 ta' Frar.
F'Lulju 2009, Parejo nxtara minn Getafe, b'Real iżommu l-opzjoni li jerġgħu jixtruh fil-futur. Nhar il-25 ta' Marzu 2010, hu skorja gowl kontra l-eks-tim tiegħu, meta seraq ballun mill-gowler Iker Casillas. Il-konfront intemm f'telfa ta' 4–2. Dak l-istaġun hu għen lil Getafe jikkwalifikaw għat-tieni darba fl-istorja għall-UEFA Europa League.
Wara staġun deludenti li ra lit-tim jevita bi ftit ir-relegazzjoni, fl-14 ta' Ġunju 2011, Valencia ħabbru l-akkwist ta' Parejo għas-somma ta' €6 miljun.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Staġun | Klabb | Kompetizzjoni | App | Gowls |
---|---|---|---|---|
2006–07 | Real Madrid Castilla | Segunda División | 4 | 1 |
2007–08 | Real Madrid Castilla | Segunda División B | 33 | 10 |
2008–09 | Queens Park Rangers | Championship Ingliż | 14 | 0 |
Real Madrid | Liga BBVA | 5 | 0 | |
2009–10 | Getafe | Liga BBVA | 28 | 6 |
Total | 84 | 17 |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Daniel Parejo Muñoz fuq Soccerbase
- Profil fuq BDFutbol