Cole Swensen
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Cole Swensen | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Kentfield (en) , 22 Ottubru 1955 (69 sena) |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
San Francisco State University (en) University of California, Santa Cruz (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta traduttur lingwista kittieb |
Impjegaturi | Brown University (en) |
Premjijiet |
List
|
Cole Swensen (imwielda fl-1955 f’Kentfield, Kalifornja) hija poetessa, traduttriċi, editriċi, kittieba u professur Amerikana. Swensen ingħatat il-Guggenheim Fellowship fl-2006 u hija awtriċi ta’ aktar minn għaxar kollezzjonijiet ta’ poeżiji, u daqstant traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet mill-Franċiż. Hi kisbet Baċellerat u Maġisteru mill-Università tal-Istat ta’ San Francisco u Dottorat fil-Letteratura Komparattiva mill-Università ta’ Kalifornja, Santa Cruz. Barra minn hekk, serviet ukoll bħala direttriċi tal-Programm ta’ Kitba Kreattiva fl-Università ta’ Denver. Hija għallmet fir-Writers’ Workshop fl-Università ta’ Iowa sal-2012 meta mbagħad ingħaqdet mal-korp akkademiku tal-Programm tal-Arti Letterarja tal-Università ta’ Brown.
Xogħolha huwa meqjus ta’ ħsieb postmodern, u għal xi żmien kienet tagħmel ukoll parti minn grupp imsejjaħ The Language Poets. Għalkemm m’għadhiex parti minn dak il-grupp, hi xorta waħda għad għandha rabta mill-qrib ma’ ħafna mill-awturi oriġinali fi ħdanu (bħal Lyn Hejinian, Carla Harryman, Barrett Watten, Charles Bernstein), kif ukoll ma’ poeti minn madwar l-Istati Uniti u l-Ewropa. Xogħolha huwa ta’ natura mħallta bi sfond qawwi fit-tradizzjonijiet tal-arti poetika u viżiva kemm tal-Istati Uniti kif ukoll ta’ Franza, waqt li żżid magħhom il-viżjoni tagħha.
Id-disa’ ġabra ta’ poeżiji ta’ Cole Swensen bl-isem ta’ Goest (Alice James Books, 2004) kienet finalista għan-National Book Award fl-Istati Uniti. Xogħlijiet preċedenti tagħha rebħu wkoll selezzjoni min-National Poetry Series, in-New American Writing Award ta’ Sun & Moon, il-Premju tal-Poeżija ta’ Iowa mogħti mill-Istamperija tal-Università ta’ Iowa, il-Premju tal-Ktieb taċ-Ċentru tal-Poeżija tal-Istat ta’ San Francisco, u żewġ Premji Pushcart. It-traduzzjoni tagħha ta’ The Island of the Dead ta’ Jean Frémon rebħet il-Premju Letterarju għat-Traduzzjoni PEN USA tal-2004. Hija rċeviet ukoll għotjiet mill-Assoċjazzjoni Beaumarchais u mill-Bureau du Livre Franċiż.
Informazzjoni oħra
[immodifika | immodifika s-sors]Fi Franza, Swensen ħadet sehem f’qari u fi proġetti ta’ traduzzjoni kollaborattivi ma’ organizzazzjonijiet bħalma huma l-Fondazzjoni Royaumont, fil-ġmiel ta’ L'abbaye de Royaumont, mal-Università ta’ Columbia, ġewwa s-Sala Reed, mal-maison des écrivains et de la littérature, mad-Double Change, u mal-Ivy Writers Paris, f’Pariġi. L-impenn tul ħajjitha fit-traduzzjoni huwa xhieda tat-twemmin tagħha fl-iskambju internazzjonali tal-kliem u l-lingwa, u fl-importanza tal-poeżiji radikali u tradizzjonali għas-soċjetà kontemporanja.
Hija membru tal-Akkademja tal-Poeti Amerikani u editriċi li tikkontribwixxi għall-perjodiċi American Letters & Commentary u għal Shiny. Għal ħafna snin kienet ukoll l-editriċi tat-traduzzjoni għar-rivista online tal-poeżija u l-poetika kontemporanja How2.
Swensen tqassam ħinha bejn Pariġi u Providence, Rhode Island, fejn tagħmel parti mill-korp akkademiku permanenti tal-Programm tal-Arti Letterarja fl-Università ta’ Brown. Hija wkoll il-fundatriċi u l-editriċi ta’ La Presse, stamperija żgħira ddedikata għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni bl-Ingliż ta’ poeżiji Franċiżi kontemporanji (bħal dawk ta’ Claude Royet-Journoud jew ta' Marie Borel).