Cofie Bekoe
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Cofie Bekoe | ||
| Twelid | 16 ta' Marzu 1988 Akkra, Gana | ||
| Tul | 1.68 m | ||
| Rwol | Midfilder | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb attwali | Al-Ittihad Club | ||
| Mixtliet | |||
| Nania | |||
| Karriera professjonali | |||
| Snin | Klabb | ||
| 2005–2006 | Tripoli SC | ||
| 2006–2008 | Tema Youth | ||
| 2007–2008 | → Kuala Lumpur FA (self) | ||
| 2009–2011 | Petrojet | ||
| 2011–2013 | Lierse SK | ||
| 2013– | Al-Ittihad Club | ||
| Tim nazzjonali | |||
| 2010 | Gana | ||
Cofie Bekoe (Akkra 16 ta' Marzu 1988) huwa plejer tal-futbol Ganiż li jilgħab bħala midfilder.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Cofie beda l-karriera tiegħu ma' Nania FC u lagħab mat-tim tiegħu mit-Tazza taż-żagħżagħ ġewwa Altstetten fl-2004 u fl-2005, hu kien mat-tim tiegħu fil-Finali tal-2004 u tal-2005 b'hekk rebaħ il-midalja tal-fidda.[1] Il-kaptan tat-tim minn Nania F.C. telaq f'Lulju 2005 biex jissieħeb ma' klabb Lebaniż Tripoli SC, qabel f'Jannar 2006 isseħeb ma Tema Youth.[2] Hu lagħab l-istaġun 2007/08 fuq self ta' tmien xhur ma' Kuala Lumpur FA fil-Malasja fejn hu skorja 5 gowls fil-logħbiet tal-kampjonat u 2 fil-logħbiet tat-tazza, huwa mbagħad ġie lura biex jintemm l-istaġun ma Tema Youth. Bekoe ġie stabbilit biex jissieħeb ma' Accra Hearts of Oak SC, iżda Petrojet FC għamlu pass malajr ħafna u l-plejer ġie milqugħ fis-17 ta' Diċembru 2008.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Resultate der 4. Austragung 2004" (PDF) (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-07. Miġbur 2013-05-08.
- ↑ "Profil" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-03-17. Miġbur 2013-05-08.