Claudio Monteverdi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Claudio Monteverdi
Bernardo Strozzi - Claudio Monteverdi (c.1630).jpg
Ritratt ta' Claudio Monteverdi, Venezja, 1640, pittura ta' Bernardo Strozzi
surmast tal-kappella

1613 - 29 Novembru 1643
surmast tal-kappella

1601 -
Ħajja
Twelid Cremona (en) Translate, 15 Mejju 1567 (Gregorian)
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Mewt Venezja, 29 Novembru 1643
Post tad-dfin Repubblika ta' Venezja
Santa Maria Gloriosa dei Frari (en) Translate
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Marc'Antonio Ingegneri (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kompożitur tal-opri
koreografu
mużikologu
teoriku tal-mużika
daqqaq tal-viola da gamba
Qassis Kattoliku
classical composer (en) Translate
mużiċist
kantant
kompożitur
Xogħlijiet importanti L'incoronazione di Poppea (en) Translate
L'Orfeo (en) Translate
Il ritorno d'Ulisse in patria (en) Translate
Il combattimento di Tancredi e Clorinda (en) Translate
Moviment mużika tar-Rinaxximent
mużika barokka
Moviment artistiku opra
mużika barokka
Strument/i tal-mużika viola da braccio
viola da gamba
orgni

Claudio Monteverdi (15 ta’ Mejju, 1567 – 29 ta’ Novembru, 1643) kien kompożitur Taljan. Ix-xogħol tiegħu jimmarka il-bidla mill-mużika rinaxximentali għall-mużika barokka u matul il-ħajja twila tiegħu kiteb opri li nistgħu nikklassifikawhom fiż-żewġ kategoriji. Bħala wieħed mill-innovaturi prinċipali li ġabu din l-bidla fl-istil, hu meqjus revoluzzjonarju. Monteverdi kiteb l-ewwel opra teatrali, L'Orfeo, li fiha żviluppa storja drammatika. Kellu x-xorti li jgawdi s-suċċess u l-fama f’ħajtu.

Ritratt ta' Claudio Monteverdi, Venezja, 1640, pittura ta' Bernardo Strozzi

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1589 Monteverdi beda jaħdem fil-qorti ta’ Mantova bħala korista u vjolista u fl-1603 id-duka Vincenzo Gonzaga ħatru maestro di cappella. Sakemm kellu erbgħin sena ħadem prinċipalment fuq madrigali u kkompona b’kollox tmien kotba. Ktieb VIII, ippubblikat fl-1638, fih dawk li jsibuhom Madrigali guerrieri et amorosi li ħafna jqisuhom bħala l-perfezzjoni ta’ dil-forma ta’ mużika. Flimkien, l-ewwel tmien kotba ta’ madrigali juru żvilupp enormi mill-mużika polifonika rinaxximentali għal l-istil monodiku li hu tipiku fil-mużika barokka. Id-disa' ktieb ta’ madrigali, ippubblikat wara mewtu fl-1651, fih passaġġi iżjed ħfief, x'aktarx komposti matul il-firxa ta’ ħajtu, li jirrappreżentaw iż-żewġ stili.

Paġna titulari ta' L'Orfeo, edizzjoni:1609 Venezja

Mill-monodija, bl-enfasi fuq linji ċari melodiċi, test intelliġibbli u mużika ta’ akkompanjament kalma, kien pass loġiku li jibda jikkomponi l-opri, speċjalment għal kompożitur mixħut lejn id-drammatiċità u li kien iħobb effetti mimlija tiżjin. Fl-1607 Monteverdi ikkompona l-ewwel opra tiegħu, L'Orfeo, fuq librett ta’ Alessandro Striggio (l-iben). F’dak iż-żmien kien hemm id-drawwa li l-kompożituri jitolbuhom joħolqu xogħlijiet għal okkażjonijiet speċjali u din l-opra talbuha biex iżżid il-pompa fil-karnival ta’ kull sena f’Mantova. Fil-fatt kienet suċċess kbir li qabel perfettament ma’ l-ispirtu taż-żmien. L'Orfeo hi magħrufa għall-qawwa drammatika tagħha u għall-orkestrazzjoni ħajja li fiha. Infatti, nistgħu nsostnu li dax-xogħol kien l-ewwel eżempju fejn il-kompożitur assenja parti speċifika għal kull strument, u anki waħda mill-ewwel opri fejn ingħatat il-kompożizzjoni eżatta ta’ l-istrumentazzjoni. L-istorja hi deskritta b’immaġni mużikali ħajjin u l-melodiji huma linjari u ċari. B’din l-opra Monteverdi ħoloq stil mużikali ġdid għal kollox. L-opri ta’ Monteverdi sirna ngħidulhom "pre-barokki" jew tal-"barokk bikri".

Nistgħu ngħidu li x-xogħol prinċipali ta’ Monteverdi kien il-Vespro della Beata Vergine tal-1610. Dan wieħed mill-ftit xogħlijiet sagri tiegħu, imma għadu s’issa wieħed mill-ikbar eżempji tal-mużika sagra, li fl-istorja tal-mużika jħabbatha ma' Il-Messija ta’ Handel u l-Passjoni skond Mattew ta’ J. S. Bach. Meta tisma’ dan ix-xogħol tibqa' ċċassat – kull parti (25 b’kollox) hija żviluppata għall-aħħar, kemm fis-sens mużikali u kemm drammatiku – l-istruttura strumentali tintuża għal effetti drammatiċi preċiżi u emottivi, b’mod li ħadd ma kien sema' qabel.

Bust ta' Claudio Monteverdi, Cremona

Billi d-duka Vincenzo Gonzaga ma kienx iħallsu biżżejjed għall-kummissjonijiet li kien jagħmillu u kien dejjem jgħaġġlu għal iżjed, Monteverdi xeba’ u fl-1610 mar Ruma bil-ħsieb li jagħti l-Vespro della Beata Vergine lill-Papa Pawlu V. Fl-ittri bejnu u bejn il-kardinal Ferdinando Gonzaga, jidher li t-tama tiegħu kienet li jakkwista post b’xejn għat-tifel fis-Seminarju Ruman u mpieg ġdid għalih. Kollox safa fix-xejn, imma fl-1613 kellu opportunità oħra.

Fl-1613 il-Prokuraturi tar-Repubblika ta’ Venezja ħatru l-Monteverdi bħala direttur tal-mużika f’San Mark, fejn bla dewmien, reġa’ ġieb f’tiegħu l-kor li kien mar lura ħafna taħt ta’ qablu. Hemm temm is-sitt, seba' u tmien ktieb ta’ madrigali. It-tmien wieħed hu l-ikbar u fih xogħlijiet miktubin matul perijodu ta’ 30 sena, fosthom ix-xena drammatika Tancredi e Clorinda (1624), fejn l-orkestra u l-vuċijiet jiffurmaw żewġ entitajiet separati li jinstemgħu bħala kopji ta’ xulxin. Aktarx Monteverdi ġietu l-ideja li jipprova dan-arranġament mill-arkitettura ta’ San Mark fejn hemm żewġ galleriji faċċata ta’ xulxin u seta’ jpoġġi l-kor f’waħda u l-orkestra fl-oħra. Kompożituri oħra bħal Giovanni Gabrieli kienu wżaw dan l-arranġament, imma din il-kompożizzjoni tispikka fuq l-oħrajn għax fiha ntużaw għall-ewwel darba it-'tremolo’ (repetizzjoni mgħaġġla ta’ l-istess ton) u l-'pizzicato’ (qrus tal-kordi bis-saba’) biex fix-xeni drammatiċi jagħtu effetti speċjali.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, minkejja li kien marid, Monteverdi xorta baqa' jkompli jikkomponi l-aħħar żewġ kapolavuri tiegħu, Il ritorno di Ulisse in patria (1641) u l-opra storika L'incoronazione di Poppea (1642). L'Incoronazione, partikularment, hi meqjusa bħala l-quċċata tax-xogħol tiegħu. Fiha nsibu xeni traġiċi u komiċi (żvilupp ġdid fl-opra), ritratti iżjed realistiċi tal-persunaġġi u melodiji iżjed sħan li bħalhom qatt ma kienu nstemgħu qabel. Dax-xogħol, li ħtieġ orkestra iżgħar u parti inqas prominenti għall-kor, kellu wkoll influenza konsiderevoli fuq il-mużika tal-knisja.

Monteverdi kkompona mill-inqas tmintax-il opra, li minnhom baqa’ biss l'Orfeo, l'Incoronazione, Il ritorno, u l-arja famuża "Lamento", mit-tieni opra tiegħu l'Arianna.

Kompożizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Opri - Tmintax-il opra li minnhom baqa' biss:

  • L'Arianna (baqa’ biss Lamento d'Arianna)
  • L'Orfeo
  • Il ritorno d'Ulisse in patria
  • L'incoronazione di Poppea

Xogħoljiet oħra jinkludu kompożizzjonijiet sekulari u sagri:

  • Il Combattimento di Tancredi e Clorinda
  • Vespro della Beata Vergine
  • Selva Morale e Spirituale (1640)
  • Scherzi Musicali
Monteverdi3.jpg

Kotba tal-madrigali:

  • Madrigali spirituali a quattro voci posti in musica da Claudio Monteverde Cremonese, discepolo del Signor Marc'Antonio Ingegnieri (1583)
  • Madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Marc'Antonio Ingegnieri... Libro primo (1587)
  • Il secondo libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Ingegneri (1590)
  • Di Claudio Monteverde il terzo libro de madrigali a cinque voci (1592)
  • Il quatro libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Ser.mo Sig.r Duca di Mantova (1603)
  • Il quinto libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Serenissimo Sig.r Duca di Mantoa, col basso continuo per il Clavicembano, Chittarone, od altro simile istromento; fatto particolarmente per li sei ultimi, per li altri a beneplacito (1605)
  • Il sesto libro de madrigali a cinque voci, con uno dialogo a sette, con il suo basso continuo per poterli concertare nel clavacembano, et altri stromenti. Di Claudio Monteverde Maestro di Cappella della Sereniss. Sig. di Venetia in S. Marco (1614)
  • Concerto. Settimo libro di madrigali a 1.2.3.4. sei voci, con altri generi de canti di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica (1619)
  • Madrigali guerrieri, et amorosi con alcuni opuscoli in genere rappresentativo, che saranno per brevi Episodij fra i canti senza gesto. Libro ottavo di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica di Venetia (1638)
  • Madrigali e canzonette a due e tre voci del signor Claudio Monteverde già Maestro di Cappella della Serenissima Republica di enetia... Libro nono (1651)