Aqbeż għall-kontentut

Carol O'Sullivan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Carol O'Sullivan
Ħajja
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni riċerkatur

Carol O'Sullivan hija studjuża tat-traduzzjoni mwielda l-Irlanda li tiffoka fuq it-traduzzjoni awdjoviżiva. Il-kitbiet tagħha, partikolarment dawk dwar l-istorja tas-sottotitli, huma meqjusin l-iktar sinifikanti.[1] Attwalment hija professur assoċjat tal-Istudji tat-Traduzzjoni fil-Fakultà tal-Lingwi Moderni, ġewwa l-Università ta’ Bristol.[2]

O'Sullivan kisbet il-Baċellerat mit-Trinity College f’Dublin, u wara l-Maġisteru u d-Dottorat mill-Università ta’ Cambridge. Bejn l-2004 u l-2013 kienet attiva fl-Università ta’ Portsmouth. Illum il-ġurnata, O’Sullivan taħdem fl-Università ta’ Bristol bħala professur assoċjat tal-Istudji tat-Traduzzjoni fil-Fakultà tal-Lingwi Moderni. Meta kienet tokkupa l-kariga ta’ direttriċi, introduċiet il-programmi postgradwatorji tat-traduzzjoni.[2] Mill-2012 sal-2017 O’Sullivan ħadmet ma’ Valerie Henitiuk bħala editur assoċjat tal-ġurnal Translation Studies, ippubblikat minn Routledge. Mill-2017 sal-2019 kienet editur tal-istess ġurnal.

L-interessi ewlenin fir-riċerka ta’ O’Sullivan huma t-traduzzjoni awdjoviżiva, l-istorja tat-traduzzjoni, u t-traduzzjoni letterarja.[2] O’Sullivan hija attiva l-aktar fit-traduzzjoni awdjoviżiva, qasam li fih ħalliet influwenza kbira bil-monografi tagħha fosthom Translating Popular Film (2011) [3], li jittratta l-multilingwiżmu fil-films u l-ħafna modi ta’ kif iċ-ċinema u t-traduzzjoni jingħaqdu flimkien. L-ikbar kontribut ta’ O’Sullivan huwa fil-qasam tal-istorja tas-sottotitli, qasam li kien għadu ma ġiex esplorat, u li fih ippubblikat diversi studji. X’aktarx, l-aktar xogħol importanti tagħha huwa l-antoloġija The Translation of Films 1900-1950, li editjat flimkien ma’ Jean-François Cornu. F’din l-antoloġija, iktar minn tnax-il awtur jiddeskrivu kif it-traduzzjoni awdjoviżiva bdiet mill-perjodu meta l-films kienu għadhom bla ħoss u kompliet fl-ewwel deċenji tal-introduzzjoni tal-ħoss.

  1. ^ Carol O'Sullivan u Jean-François Cornu (2019). The translation of films, 1900-1950. Oxford. ISBN 978-0-19-726643-4.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
  2. ^ a b ċ "Tolk- och översättarinstitutet". www.su.se (bl-Iżvediż). Miġbur 2023-03-16.
  3. ^ O'Sullivan, Carol (2011). Translating popular film. Basingstoke: Palgrave Macmillan.