Aqbeż għall-kontentut

Cape Town Stadium

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Cape Town Stadium
Lokalità Cape Town, Afrika t'Isfel
Koordinati 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E / -33.9034611; 18.4111528
Inawgurazzjoni 14 ta' Diċembru 2009
Proprjetarju City of Cape Town
Operatur SAIL/Stade de France
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni Rand 4.4 biljun ($600/£415 miljun)
Arkitett GMP Architects, Louis Karol Architects, Point Architects
Kapaċità 69,070
Dimensjonijiet 290m x 265 m x 48m
Lokatorji
Ajax Cape Town FC

Cape Town Stadium[1] f'Cape Town, l-Afrika t'Isfel, huwa grawnd ġdid mibni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010. Matul il-fażi tal-ippjanar kien famuż bħala Green Point Stadium, li kien l-istess isem ta' grawnd ieħor f'dan is-sit.

Dan il-grawnd jinsab fi Green Point, bejn Signal Hill u l-Oċean Atlantiku, qrib iċ-ċentru tal-belt ta' Cape Town u l-Victoria & Alfred Waterfront, post famuż mat-turisti u tal-kummerċ. Dan il-grawnd iżomm mad-69,070 ruħ u hu mdawwar minn 60 ettaru ta' park urban. Cape Town Stadium ġie inawgurat nhar l-14 ta' Diċembru 2009.

Il-grawnd preċedenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-grawnd preċedenti ġie mwaqqa fl-2007 u kien użat prinċipalment għal-logħbiet tal-futbol taż-żewġ klabbs tal-belt, Santos Football Club u Ajax Cape Town. Barra minn hekk, dan l-istadju ħa ħsieb biex fih jospita kunċerti ta' Michael Jackson, tal-U2, Metallica, Paul Simon, u l-kunċert tal-2003 46664 favur il-vittmi tal-AIDS.

Tazza tad-Dinja 2010

[immodifika | immodifika s-sors]

Fih se jintlagħbu ħames logħbiet mill-ewwel rawnd, waħda mit-tieni rawnd, logħba mill-kwarti tal-finali u semifinali tat-Tazza tad-Dinja 2010.

Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
11 ta' Ġunju 201020.30 Urugwaj0–0 FranzaGrupp A64,100
14 ta' Ġunju 201020.30 Italja1–1 ParagwajGrupp F62,869
18 ta' Ġunju 201020.30 Ingilterra0–0 AlġerijaGrupp Ċ64,100
21 ta' Ġunju 201013.30 Portugall7–0 Korea ta' FuqGrupp Ġ63,644
24 ta' Ġunju 201020.30 Kamerun1–2 NetherlandsGrupp E63,093
29 ta' Ġunju 201020.30 Spanja1–0 PortugallL-Aħħar Sittax62,955
3 ta' Lulju 201016.00 Arġentina0–4 ĠermanjaKwarti tal-Finali64,100
6 ta' Lulju 201020.30 Urugwaj2–3 NetherlandsSemifinali62,479
  1. Pollack, Martin (2009-10-30). "The city's 2010 FIFA World Cup stadium has a new name: Cape Town Stadium" (bl-Ingliż). City of Cape Town. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2013-09-09.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E / 33.9034611°S 18.4111528°E / -33.9034611; 18.4111528