Bucha

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Bucha
Flag of Ukraine.svg Ukrajna
Буча парк1.JPG
Bucha flag.svg Coat of Arms of Bucha.png
Amministrazzjoni
Stat sovranUkrajna
Oblast of UkraineOblast ta' Kiev
Raion of UkraineBucha Raion (en) Translate
Amalgamated hromadaBucha municipality (en) Translate
Isem uffiċjali Буча
Ismijiet oriġinali Буча
Kodiċi postali 08292
Ġeografija
Koordinati 50°32′55″N 30°13′15″E / 50.5486°N 30.2208°E / 50.5486; 30.2208Koordinati: 50°32′55″N 30°13′15″E / 50.5486°N 30.2208°E / 50.5486; 30.2208
Bucha is located in Ukraine
Bucha
Bucha
Bucha (Ukraine)
Superfiċjenti 10.55 kilometru kwadru
Għoli 148 m
Demografija
Popolazzjoni 35,162 abitanti (1 Jannar 2019)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1898
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3
bliet ġemellati Kovelu Tiachiv (en) Translate
bucha-rada.gov.uau bucha.com.ua

Bucha (bl-Ukren: Буча, pronunzja bl-Ukren: [ˈbut͡ʃɐ]) hija belt fl-Oblast ta' Kiev, l-Ukrajna. Amministrattivament, hija inkorporata bħala belt ta' importanza ta' Oblast. Il-popolazzjoni tagħha kienet ta' madwar 36,971 ruħ fl-2021.[1] Jum Bucha jiġi ċċelebrat fil-belt fit-13 ta' Settembru.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-insedjament stabbilixxa ruħu bil-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja bejn Kiev u Kovel fl-1898 madwar waqfa ferrovjarja żgħira qrib ix-xmara Bucha. Bucha kienet waqfa ferrovjarja tal-linja ferrovjarja bejn Kiev u Kovel, simili għal waqfa tal-belt moderna ta' Irpin. Qrib ħafna tal-waqfa ferrovjarja ta' Bucha kien hemm villaġġ żgħir imsejjaħ Yablunka, fejn kien hemm fabbrika tal-brikks. Yablunka jissemma fid-dizzjunarju ġeografiku bil-Pollakk fis-seklu 19 bħala l-villaġġ ta' Jabłonka 37 verst 'il bogħod minn Kiev.[2]

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, qabel il-liberazzjoni ta' Kiev mill-forzi Nażisti f'Diċembru 1943, Bucha kienet il-post fejn kien hemm il-kwartieri ġenerali tal-Ewwel Front Ukren taħt il-kmand tal-Ġeneral Vatutin.[3]

Bucha ngħatat l-istatus ta' belt fid-9 ta' Frar 2006 (preċedentement, Bucha kien raħal fi ħdan il-muniċipalità tal-belt ta' Irpin).[4]

Battalja ta' Bucha[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dar tal-villeġġjatura ta' Shtamm

Matul l-invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022, seħħ ħafna ġlied bil-bumbardamenti f'Bucha bħala parti mill-offensiva ta' Kiev, u dan irriżulta f'telfiet kbar imġarrba mir-Russi.[5] Il-belt inħakmet mill-forzi Russi fit-12 ta' Marzu 2002. Is-sindku Anatoliy Fedoruk ħabbar li l-forzi Ukreni reġgħu ħadu lura l-belt ta' Bucha f'idejhom fil-31 ta' Marzu 2022.[6]

Massakru ta' Bucha[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-2 ta' April 2022, ħarġu rapporti tal-aħbarijiet u filmati fejn dehru t-toroq ta' Bucha mimlija katavri ta' nies lebsin ilbies ċivili. Uħud minnhom instabu b'idejhom marbutin.[7] Skont l-ewwel stimi nstabu mill-inqas 280 katavru.[8]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Bucha tinsab fl-Oblast ta' Kiev, 25 kilometru fil-Punent ta' Kiev. Fil-konfini tagħha hemm il-bliet ta' Irpin u ta' Hostomel u l-villaġġi ta' Vorzel, ta' Mykhailivka-Rubezhivka, u ta' Blystavytsia.[9]

Postijiet u nies[immodifika | immodifika s-sors]

Il-grawnd Yuvileiny Stadium

Hemm grawnd tal-futbol f'Bucha msejjaħ Yuvileiny Stadium, fejn f'Ottubru 2016 seħħew xi partiti tal-kwalifikazzjonijiet tal-Kampjonat Ewropew ta' Taħt id-19-il Sena tal-UEFA tal-2017.

F'Bucha hemm fabbrika tal-ħġieġ. Din inbniet fl-1946 u ngħalqet fl-2016. Ħdejha hemm waqfa ferrovjarja żgħira msejħa "Sklozavodska".

L-għeliem prinċipali tal-belt huwa stazzjoni ferrovjarju tas-seklu 19 li jinsab fit-tarf tan-Nofsinhar tal-belt. L-awtostrafa ewlenija M07 tgħaddi mill-belt.

L-awtur Mikhail Bulgakov qagħad f'Bucha ma' familtu matul l-istaġun tas-sajf fid-dar tal-villeġġjatura tiegħu.[10]

L-istazzjon ferrovjarju ta' Bucha

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Bucha hija ġemellata ma':

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Statistika tal-Ukrajna" (PDF).
  2. ^ "Słownik geograficzny Królestwa Polskiego i innych krajów słowiańskich, Tom III - wynik wyszukiwania - DIR". dir.icm.edu.pl. Miġbur 2022-04-07.
  3. ^ область, Бучанский сайт Буча Киевская. "Генерал Ватутін був у Бучі". Бучанський міський сайт . Miġbur 2022-04-07.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  4. ^ "Офіційний портал Верховної Ради України". web.archive.org. 2021-06-24. Miġbur 2022-04-07.
  5. ^ Tiefenthäler, Ainara; Willis, Haley; Cardia, Alexander (2022-02-27). "Videos show Russian losses on outskirts of Kyiv" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-07.
  6. ^ "Russian invasion of Ukraine: tanks and rocket attacks on the cities. Breaking news". news.liga.net (bir-Russu). 2022-04-06. Miġbur 2022-04-07.
  7. ^ "War in Ukraine: Street in Bucha found strewn with dead bodies" (bl-Ingliż). 2022-04-02. Miġbur 2022-04-07.
  8. ^ "Hundreds buried in mass grave in Bucha, near Kyiv: Mayor". www.aljazeera.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-07.
  9. ^ DNVP "Cartography". Bucha, mappa tal-belt 1:10 000, Kiev, 2010.
  10. ^ Drawicz, Andrzej (2001). The Master and the Devil: A Study of Mikhail Bulgakov. pp. 8–9. ISBN 9780773475007.