Aqbeż għall-kontentut

Beatriz Carrillo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Beatriz Carrillo
Membru tal-Kungress tad-Deputati

3 Diċembru 2019 -
District: Sivilja
Election: elezzjonijiet tal-Kungress tad-Deputati f'Novembru 2019
Membru tal-Kungress tad-Deputati

6 Mejju 2019 -
District: Sivilja
Election: elezzjoni tal-Kungress tad-Deputati Spanjol ta' April 2019
Ħajja
Twelid Palma del Rio, 2 Ġunju 1975 (49 sena)
Nazzjonalità Spanja
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ħaddiem soċjali
politiku
attivist soċjali
Post tax-xogħol Madrid

Beatriz Micaela Carrillo de los Reyes (twieldet fit-2 ta' Ġunju 1975) hija politika u attivista soċjali Spanjola. Hija membru tat-13-il Kungress tad-Deputati integrat fi ħdan il-Grupp Parlamentari Soċjalista, u tirrappreżenta lil Sivilja.

Twieldet fit-2 ta' Ġunju 1975 f'Palma del Río, fil-provinċja ta' Córdoba.[1] L-etniċità tagħha hija Romani. Ilha Soċjalista "minn ċkunitha", u missierha kien klandestinament membru fil-Partit tal-Ħaddiema Soċjalist Spanjol (PSOE) matul l-era ta' Franco fi Spanja, u ġġieled kontra l-iskartar tal-iskola fost it-tfal tal-popolazzjoni Roma.[2] Hija studjat l-Amministrazzjoni Kummerċjali, kisbet diploma fix-Xogħol Soċjali u ggradwat b'liċenzja fl-Antropoloġija; hija ħallset għall-istudji tagħha billi ħadmet bħala bejjiegħa fit-toroq u fl-industrija tal-larinġ f'raħal twelidha.[3]

Hija attivista soċjali magħrufa għal ħidmietha bħala President ta' Fakali, il-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tan-Nisa Żingari[4], u ġiet fit-tielet post fil-lista tal-PSOE għal Sivilja għall-Kungress tad-Deputati fl-elezzjoni ġenerali tal-2019. Ġiet eletta membru tat-13-il mandat tal-Kamra tad-Deputati Spanjola.[5]

  1. ^ "HOME - Congreso de los Diputados". www.congreso.es. Miġbur 2022-04-21.
  2. ^ Sevilla, Diario de (2019-04-21). "Beatriz Carrillo, una voz para la mayor minoría". Diario de Sevilla (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-04-21.
  3. ^ Morillo, Isabel (2019-04-17). "Beatriz Carrillo, la gitana antitópicos que dijo sí a 'la prima Carmen' (Calvo)". elconfidencial.com (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-04-21.
  4. ^ "Carrillo: La mujer gitana no está en el debate feminista". www.canalsur.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-04-21.
  5. ^ "Los candidatos gitanos que llevarán (por fin) la voz del pueblo romaní a las instituciones" (bl-Ispanjol). 2019-03-28. Miġbur 2022-04-21.