Baqra tal-baħar
Baqar tal-baħar Firxa tal-fossili: Kmieni fl-Eocene - Reċenti | |
---|---|
Lamantin tal-Karibew bl-għoġol (Trichechus manatus) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Sirenia Illiger, 1811 |
Familji | |
|
Mammiferi plaċentati erbivori tal-baħar li jiffurmaw l-ordni Sirenia, mifruxa ma' ħafna ibħra, xmajjar w estwarji, ma' tul il-kosta ta' l-Afrika, l-Indja, l-Awstralja u ż-żewġ kontinenti Amerikani. Dawn il-mammiferi jiġu msejħa b'ħafna ismijiet bħal baqar tal-baħar, lamantini u dugongi fost oħrajn.
Il-baqar tal-baħar kollha il jeżistu llum għandhom metaboliżmu estremament baxx u tolleranza ta' xejn lejn l-ilma kiesaħ, biss xorta waħda huma mammiferi totalment akkwatiċi u bħal baleni u d-dniefel, f'ħajjithom ma' joħorġu qatt barra mill-ilma lanqas biex iwelldu. Minħabba dawn il-fatturi il-baqar tal-baħar jistgħu jgħixu biss f'ibħra baxxi u sħan mal-kosta, fi xmajjar u f'estwarji b'ekosistemi nodfa u b'saħħithom.
Il-lamantini (Trichechidae) u d-dugongi (Dugongidae) huma fil-periklu ta' estinzjoni. L-erba' speċi li huma kollha vulnerabli minħabba telf ta' abitat u mpatti negattivi oħra li huma relatati mal-bniedem, bħall-iżvilupp tal-kosta u żieda fil-popolazjoni.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-baqar tal-baħar għandhom ħafna adattazzjonijiet fisiċi għall-ħajja fl-ilma. L-idejn ġew modifikati b'mod biex jintużaw bħala tmun biex jgħinu fid-direzzjoni, is-saqajn tant ċkienu li baqa' biss 2 għadmiet midfuna fil-fond ġewwa l-muskoli u d-denb inbidel f'forma ta' moqdif.
Ir-ras hija waħda mill-partijiet li ġiet immodifikata l-aktar, biex dawn il-mammiferi jkunu jistgħu jieħdu in-nifs faċilment f'wiċċ l-ilma. Is-snien fil-ħalq naqsu drastikament ukoll u l-ftit li baqa' ġew addattati għal veġetazjoni ratba. Is-sider fil-mara qiegħed pożizjonat taħt l-idejn u għandhom par wieħed biss. Id-differenza bejn il-familja Trichechidae u l-familja Dugongidae hija fil-forma tad-denb u tar-ras. Għalkemm jidhru ħoxnin, il-baqar tal-baħar huma fusiformi w idrodinamiċi.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]Għad-differenza mill-mammiferi tal-baħar kollha l-oħra (dniefel, baleni, bumerini, iljuni tal-baħar u lutri tal-baħar) il-baqar tal-baħar huma mammiferi totalment erbivori u jieklu biss veġetazjoni u ħaxix tal-baħar biss.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Sirenia
- Familja Prorastomidae (estinta)
- Familja Protosirenidae (estinta)
- Familja Dugongidae
- Sottofamilja Dugonginae
- Sottofamilja Hydrodamalinae
- Ġeneru Dusisiren
- Dusisiren dewana (estinta)
- Dusisiren jordani (estinta)
- Dusisiren takasatensis (estinta)
- Ġeneru Hydrodamalis
- Hydrodamalis cuestae (estinta)
- Baqra tal-baħar ta' Steller, Hydrodamalis gigas (estinta)
- Ġeneru Dusisiren
- Familja Trichechidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 92-93
- The Paleobiology Database