Bajja ta' Dungonab

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Lamprometra klunzingeri fuq il-qroll ta' Sanganeb, is-Sudan.

Il-Bajja ta' Dungonab[1] jew il-Bajja ta' Dongonab[2] (bl-Għarbi: خليج دونجوناب Ḫalīj Dūnjūnāb) hija korp tal-ilma tul il-kosta tas-Sudan fil-Baħar l-Aħmar.

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bajja ta' Dungonab tħares lejn in-Nofsinhar u tinsab 130 kilometru fit-Tramuntana ta' Port Sudan. Il-parti nofsanija tagħha, il-Laguna ta' Rawayah, hija mdawra bi skolli tal-qroll. Flimkien mal-Gżira ta' Mukkawar u Sanganeb (skoll iżolat tal-qroll), l-inħawi ġew iddikjarati bħala l-Bajja ta' Dungonab – il-Park Nazzjonali Marittimu tal-Gżira ta' Mukkawar u saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016.[3] Is-sit ġie ddeżinjat bħala sit protett tar-Ramsar fl-2009.[4]

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Park Nazzjonali tal-Baħar ta' Sanganeb u l-Bajja ta' Dungonab – il-Park Nazzjonali tal-Baħar ta' Mukkawar ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[3]

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Dungunāb". Mapcarta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-26.
  2. ^ "Dongonab Bay, Sudan - Geographical Names, map, geographic coordinates". www.geographic.org. Miġbur 2023-11-26.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sanganeb Marine National Park and Dungonab Bay – Mukkawar Island Marine National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-26.
  4. ^ "Dongonab Bay-Marsa Waiai | Ramsar Sites Information Service". rsis.ramsar.org. Miġbur 2023-11-26.