Aysel Teymurzadeh
Aysel Teymurzadeh | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Magħruf | AySel |
Twieled | 25 ta' April 1989 |
Oriġini | Baku, Ażerbajġan |
Ġeneru | Pop, R&B |
Snin ta' attività | 2005–preżent |
Aysel Teymurzadeh (bl-Ażerbajġan: Aysel Məhəmməd qızı Teymurzadə; Baku, 25 ta' April 1989) hi kantanta tal-R&B Ażerbajġana. Teymurzadeh ġiet magħżula internament mill-istazzjoni İTV biex tieħu sehem f'isem l-Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision 2009 ġewwa Moska, ir-Russja, flimkien mal-kantant Iranjan-Żvediż Arash.[1] Bil-kanzunetta "Always", Aysel saret l-ewwel kantanta femminili li qatt ħadet sehem f'isem pajjiżha fil-Eurovision.
Aysel twieldet fil-kapitali Ażerbjaġana, Baku, l-iżgħar waħda minn tliet aħwa ta' ġurnalista u għalliem tal-università. Teymurzadeh iggradwat mil-Liċew Intellett f'Baku u attendiet l-iskola sekondarja f'Texas bejn l-2005 u l-2006. Fl-2005, hi ħadet sehem fil-finali nazzjonali Yeni Ulduz 4. Attwalment, Teymurzadeh qed tkompli l-istudji tagħha fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università Ażerbajġana tal-Lingwi.[2]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Elnur u Samir |
Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision (ma' Arash) 2009 |
Suċċessur |