Aqbeż għall-kontentut

Awstrija v Żvizzera (1954)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Fis-26 ta' Ġunju, 1954, f'logħba tat-Tazza tad-Dinja 1954, l-Awstrija għelbu lill-Iżvizzera 7–5 ġewwa Lausanne, Żvizzera. Bit-tnax-il gowl li skorjaw f'logħba, stabbilixxu rekord tat-Tazza tad-Dinja, inkomparabbli sal-lum, għall-ogħla skor. Il-logħba hija magħrufa bl-isem Ġermaniż tagħha, Hitzeschlacht von Lausanne (li tfisser "Il-battalja sħuna ta' Lausanne"), minħabba t-temperatura għolja li kienet il-fuq minn 40° C (104 ° F).

Rapport tal-logħba

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Iżvizzera, l-ospiti tal-kompetizzjoni, kisbu vantaġġ notevoli kmieni. Fir-raba' minuta, l-Iżvizzera skorjaw tlett gowls: l-Attakkant Robert Ballaman fetaħ l-iskor fis-16-il minuta, imbagħad ġie segwit malajr minn żewġ gowls ta' Josef Hügi. L-Awstrija mbagħad sar l-ewwel tim fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja biex jirkupraw minn defiċit ta' 3-0, li skorjaw 5 gowls fil-bqija tal-ewwel taqsima; Theodor Wagner beda ir-rispons tal-Awstrija fil-25 minuta; l-attakant Robert Körner[1] ġibet l-iskor 2-3 minuta wara, u wara minuta oħra Wagner skorja gowl li għamel l-iskor f'parità ta' 3–3. L-Awstrija kienu ġabu d-dro fi tliet minuti. Fil-ħdax-il minuta, bejn is-16 u s-27 minuta, sitt gowls ġew skurjati, 3 minn kull tim. Fit-32 minuta, Ernst Ocwirk ta l-vantaġġ lil Awstrija; Robert Körner żied it-tieni gowl tiegħu, li għamel l-iskor 5–3. Ballaman skorja għall-Isvizzera fid-39 minuta. L-ewwel taqsima b'hekk intemmet 5-4 favur l-Awstrija, li kien l-ogħla skor fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, filwaqt Alfred Körner falla penalti fit-42 minuta.[2]

Fid-disa minuta tat-tieni taqsima, Wagner poġġa lill-Awstrija l-fuq 6-4 bit-tielet gowl tiegħu, li rreġistra s-7 hat-trick tat-Tazza tad-Dinja 1954. Imbagħad Hügi imita l-adt, billi skorja t-3 gowl tiegħu fit-58 minuta. L-Iżvizzera ma kienux kapaċi għall-ekwalizzazzjoni, u Erich Probst għamilhom 7-5 biex temm il-punteġġ fis-76 minuta. Skond il-FIFA, is-sħana estrema affettwat ħażin lill-Isvizzera[3] wara li wasslu l-logħba 3-0 fuq punt wieħed. Sorsi oħra qalu li fl-ewwel taqsima, l-Iżvizzera kienu kapaċi jieħdu vantaġġ tat-temperatura, imma l-gowler Kurt Schmied sofra minn ipertermija kmieni fil-logħba, li malajr ippermetti l-ewwel tliet gowls għall-Iżvizzera, qabel ma ġie assistit mill-masseur Awstrijakk waqt il-logħob.

Dettalji tal-logħba

[immodifika | immodifika s-sors]
26 ta' Ġunju 1954
17:00 CET
Awstrija  7–5  Żvizzera Stade Olympique de la Pontaise, Lausanne
Attendenza: 35,000
Referi: Charlie Faultless (Skozja)
Wagner Gowl 25', 27', 53'
R. Körner Gowl 26', 34'
Ocwirk Gowl 32'
Probst Gowl 76'
Rapport Ballaman Gowl 16', 39'
Hügi Gowl 17', 19', 58'

Plejers involuti

[immodifika | immodifika s-sors]

Awstrija

Żvizzera

  1. Skond ir-raport tal-logħba uffiċjali, mill-FIFA, Robert Körner skorja t-tieni u l-ħames gowls Awstrijaċi, iżda diversi sorsi mhux relatati mal-FIFA, inklużi l-RSSSF(), (DE) SportZeitung (), ESPN() u l-BBC(), li ddikjaraw li ħu Robert iż-żgħar, Alfred, skorja dawn il-gowls. Il-paġna RSSSF tiddikjara wkoll li Alfred Körner ħa u falla penalti fit-42 minuta.
  2. id-dettalji kollha tat-Tazza tad-Dinja 1954 – minn Gwidon S. Naskrent et al., RSSSF. Miġjub 2006-12-08.
  3. World Cup Switzerland 1954 overview – "Did you know?" – fifaworldcup.yahoo.com – FIFA. Miġjub 2006-12-08. (EN)