Audi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Audi logo 2016

Audi AG hi manifattur Ġermaniż tal-karozzi, bi prodotti li jvarjaw minn supermini sa crossover SUVs, bi stili varji u prezzijiet differenti, irreklamati taħt id-ditta Audi, meqjusa bħala l-iprem ditta fi ħdan il-Volkswagen Group.[1]

Il-kwartieri tal-kumpanija jinsabu f'Ingolstadt, fil-Ġermanja. Audi ilha proprjetà sussidarja (99.55%)[2] ta' Volkswagen AG mill-1966, wara x-xiri gradwali tal-predeċessur tagħha, Auto Union, mill-eks-sid tagħha, Daimler-Benz. Volkswagen irrilanċjat id-ditta Audi fl-1965 bit-tnedija tas-serje Audi F103.

L-isem tal-kumpanija huwa derivat mill-kunjom tal-fundatur August Horch, li s-sinifikat tiegħu bil-Ġermaniż hu isma', u li t-traduzzjoni tiegħu bil-Latin issir Audi. L-erba' ċrieki fil-logo jirrapreżentaw kull waħda mill-kumpaniji li ngħaqdu flimkien biex twaqqfet id-ditta.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Audi selected as the most creative premium brand in HORIZONT ranking" (bl-Ingliż). Oneighturbo.com. 2009-12-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-15. Miġbur 2011-03-12.
  2. ^ "List of Shareholdings in accordance with sections 285 and 313 of the HGB of Volkswagen AG and the Volkswagen Group as of December 31, 2009" (PDF) (bl-Ingliż). Volkswagen AG. 2009-12-31. Miġbur 2010-12-11.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]