Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tempju ta' Barran.

L-Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib (bl-Għarbi: معالم مملكة سبأ القديمة, b'ittri Rumani: maʿālim mamlaka Sabaʿa al-Qadīma) huma sensiela ta' seba' siti arkeoloġiċi fil-Governorat ta' Marib, fil-Lvant ta' Jemen.[1] Fil-25 ta' Jannar 2023, is-siti tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO peress li huma xhieda tar-Renju Antik ta' Saba fin-Nofsinhar tal-Arabja tal-qedem.[2] Is-siti tqiegħdu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu minħabba t-theddidiet tal-Gwerra Ċivili tal-Jemen.

Sit ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-Attrazzjonijiet Ewlenin tar-Renju Antik ta' Saba f'Marib ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Komponenti[immodifika | immodifika s-sors]

Sit Ritratt ID Governorat Koordinati
Belt Antika ta' Marib
1700-001 Governorat ta' Marib 15°25′39″N 45°20′9″E / 15.4275°N 45.33583°E / 15.4275; 45.33583
Tempju ta' Awam 1700-002 Governorat ta' Marib 15°24′16″N 45°21′21″E / 15.40444°N 45.35583°E / 15.40444; 45.35583
Tempju ta' Barran 1700-003 Governorat ta' Marib 15°24′11″N 45°20′35″E / 15.40306°N 45.34306°E / 15.40306; 45.34306
Diga ta' Marib: ix-Xatt tat-Tramuntana, ix-Xatt tan-Nofsinhar u d-Diga ta' Jufaynah 1700-004 to 1700-006 Governorat ta' Marib 15°23′51″N 45°16′7″E / 15.3975°N 45.26861°E / 15.3975; 45.26861
Belt Antika ta' Sirwah 1700-007 Serwah, il-Punent tal-Governorat ta' Marib 15°27′7″N 45°1′6″E / 15.45194°N 45.01833°E / 15.45194; 45.01833

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Ancient Kingdom of Saba | For UNESCO World Heritage Travellers". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2023-11-27.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Landmarks of the Ancient Kingdom of Saba, Marib". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-27.