Aqbeż għall-kontentut

Aristotli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Aristotele)
Aristotli
Ħajja
Twelid Stageira, 384 BC, 383 BC
Residenza Ateni
Ateni
Assos (en) Ittraduċi
Grupp etniku Griegi
Mewt Chalcis (en) Ittraduċi, 322 "BCE"
Post tad-dfin Stageira
Kawża tal-mewt kawżi naturali
suwiċidju (mard intestinali)
Familja
Missier Nicomachus
Konjuga/i Pythias (en) Ittraduċi
Koppja/i Herpyllis (en) Ittraduċi
Ulied
uri
Aħwa
uri
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater akkademja t'Ateni
Lingwi Grieg antik
Għalliema Platun
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni filosofu
biologu
kożmologu
loġiku
żoologu
kritiku letterarju
matematiku
etiċista
epistemologu
filosfu politiku
bniedem universali
filosfu tal-lingwa
kittieb
astronomu
ġeografu
għalliem
tutur
ontologu
teologu
psikologu
Post tax-xogħol Chalcis (en) Ittraduċi
Xogħlijiet importanti Politics (en) Ittraduċi
Nicomachean Ethics (en) Ittraduċi
Metaphysics (en) Ittraduċi
Physics (en) Ittraduċi
Organon (en) Ittraduċi
Poetics (en) Ittraduċi
Constitution of the Athenians (en) Ittraduċi
eudaimonia (en) Ittraduċi
Meteorology (en) Ittraduċi
Influwenzat minn Platun
Sokrate
Heraclitus (en) Ittraduċi
Parmenides (en) Ittraduċi
Zeno of Elea (mul) Ittraduċi
Democritus (en) Ittraduċi
Anaximander (en) Ittraduċi
Epicurus (en) Ittraduċi
Hippocrates (en) Ittraduċi
Empedocles (en) Ittraduċi
Moviment skola peripatetika

Aristotli (Grieg Αριστοτέλης Aristotelēs) (twieled 384 qK f'Stagira, fil-Maċedonja, il-Greċja; miet 7 ta' Marzu, 322 qK f'Chalicis, Euboea, il-Greċja) kien filosfu Grieg. Aristotli bil-Malti hu magħruf ukoll bħala Aristotele, Aristotile u Aristotlu

Ħafna nies huma ta' l-opinjoni li flimkien ma' Platun, Aristotli huwa wieħed mill-iktar filosfi importanti fejn jidħol il-ħsieb tad-dinja tal-Punent. Jingħad li Aristotli kiteb madwar 150 ktieb.

Introduzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Aristotli, bust tal-irħam, kopja ta' bronż minn Lysippos, il-Mużew ta' Louvre.

Missier Aristotli, Nicomachus, kien it-tabib tar-re Amyntas tal-Maċedonja. Minn tmintax sa seba' u tletin sena, Aristotli għex Ateni, fejn kien ukoll wieħed mill-istudenti ta' Platun.

Il-filosfi l-kbar tal-Greċja antika kienu Aristotli, Platun, u Sokrate. Platun kien l-għalliem ta' Aristotli, u minn naħa tiegħu, Socrate għallem lil Platun. Dawn it-tliet ħassieba rnexxielhom isawwru l-filosofija tal-Punent kif nafuha llum, mill-filosofija Griega. Aristotli għallem lil Alessandru l-Kbir, li aktar 'il quddiem rebaħ il-Lvant Nofsani kollu.

L-ideat ta' Platun kienu primarjament li t-tagħrif li nieħdu mis-sensi huwa konfuż u mhux pur. L-għerf ġenwin jista' jittieħed biss mir-ruħ, wara li din titgħallem taħseb u jirnexxielha tiċħad id-dinja. Ir-ruħ biss jista' jkollha tagħrif dwar il-"Forom", jew aħjar, kif inhuma verament l-affarjiet. Id-dinja m'hija xejn aktar ħlief kopja ta' dawn il-"Forom" u għalhekk mhix perfetta.

Fuq dan l-aspett, Aristotli kien jaħsibha differenti. Huwa kien tal-fehma li l-għerf li nġibu mis-sensi huwa iktar importanti. Dawn il-ħsibijiet eventwalment saru l-bażi tal-metodu xjentifiku wara mijiet ta' snin. Parti kbira mill-kitbiet ta' Aristotli li għandna f'idejna illum il-ġurnata huma noti tad-diskorsi tiegħu. Xi xogħlijiet importanti tiegħu jinkludu Fiżika, Metafiżika, Etika, Politika, De Anima (Dwar ir-Ruħ), u Poetika.

Storja u influwenza tax-xogħol ta' Aristotli

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit li xejn nafu dwar x'sar mix-xogħolijiet ta' Aristotli wara li miet sa l-ewwel seklu qK. Hemm xi leġġendi li jgħidu li l-kollezzjoni sħiħa tal-kitbiet tiegħu tħalliet f'idejn Theophrastus, li kien is-suċċessur tiegħu. Jingħad li dan ta' l-aħħar ħeba x-xogħlijiet ta' Aristotli biex ma jħallix li dawn jinsterqu, jinsterqu jew inkella jiġu distrutti. Dawn kienu reġgħu nstabu fis-sena 70 qK.