Akropoli ta' Ateni
![]() |
Dan l-artiklu dwar l-arkitettura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Akropoli ta' Ateni huwa fdal ta' bini, mibni fuq għolja tal-franka, li jiddominha l-belt ta' Ateni, il-Greċja. L-Akropoli jinkludi uħud mill-eqdem binjiet klassiċi fid-dinja li għandhom sinjifikat arkitetturali u storiku kbir, bl-iktar famuż ikun il-Partenon. L-isem akropoli ġejja mill-kelma Griega ἄκρον (akron, "tarf, estremità") u πόλις (polis, "belt").
Minkejja li hemm l-evidenza li din l-għolja kienu jgħixu fiha sa mir-raba' millenju qabel Kristu, kien Periklew (c. 495 – 429 q.K.) li fis-seklu ħamsa qabel Kristu kien ikkordina l-bini tal-iktar binjiet importanti ta' dan is-sit, fosthom il-Partenon, il-Propylaea, l-Eructheum u t-tempju ta' Atena Nike.
Il-Partenon[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Partenon huwa tempju ta' stil Doriku, li nbena fis-sena 447 Q.K. għal Atena, l-alla femminili tal-għerf.
Il-Propylaea[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Propylaea, huwa monument li jikkonsisti minn diversi livelli, dan inbena għall-ħabta tas-sena 437 Q.K., b'irħam abjad fuq disinn ta' Mnesicles. Il-Propylaea għandu struttura ta' sala. Fuq in-naħa ta' barra nsibu żewġ settijiet ta' sitt kolonni Doriċi l-wieħed.
Eructheum[immodifika | immodifika s-sors]
L-Eructheum huwa msemmi għal Eruchthus, re tal-mitoloġija. Huwa wieħed mill-iktar tempji elaborati li wieħed jista' jsib fl-Akropli, huwa eżempju meraviljuż t'arkitettura Jonika. Il-veranda ta' quddiem hija mogħnija b'sitt figuri femminili, il-Caryatids. Dan il-bini nbena fis-sena 407 Q.K.
It-Tempju ta' Atena Nike[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Atena Nike (Atena rebbieħa) inbena fis-sena 420 Q.K. Huwa eżempju ċar ta' tempju klassiku, b'kolonni Joniċi, u huwa mdawwar bil-burdura man-naħa ta' fuq.
- Il-kumpless tal-Akropoli fl-1987 sar Sit ta' Patrimonju Dinji mill-UNESCO.