Ahwar tan-Nofsinhar tal-Iraq
L-Ahwar* tan-Nofsinhar tal-Iraq: Rifuġju ta' Bijodiversità u l-Pajsaġġ Relitt tal-Bliet tal-Mesopotamja huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fin-Nofsinhar tal-Iraq.[1]
Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-ahwar, jiġifieri mraġ (bl-Ingliż: marshes jew marshlands), huwa magħmul minn seba' komponenti, li jinkludu tliet bliet ta' oriġini Sumera u erba' artijiet mistagħdra fl-imraġ tal-Mesopotamja.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-Ahwar tan-Nofsinhar tal-Iraq: Rifuġju ta' Bijodiversità u l-Pajsaġġ Relitt tal-Bliet tal-Mesopotamja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji mħallat tal-UNESCO fl-2016.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Imraġ ta' Huwaizah;
- l-Imraġ Ċentrali;
- l-Imraġ tal-Lvant ta' Hammar;
- l-Imraġ tal-Punent ta' Hammar;
- il-Belt Arkeoloġika ta' Uruk;
- il-Belt Arkeoloġika ta' Ur;
- is-Sit Arkeoloġiku tal-Għolja ta' Eridu.
Noti
[immodifika | immodifika s-sors]- * Ahwar hija l-kelma Għarbija għal "imraġ".
References
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "The Ahwar of Southern Iraq: Refuge of Biodiversity and the Relict Landscape of the Mesopotamian Cities". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-26.