Adonis microcarpa
Adonis microcarpa | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Ranunculales |
Familja | Ranunculaceae |
Ġeneru | Adonis |
speċi | Adonis microcarpa DC., 1817
|
L-Adonis microcarpa, magħrufa bil-Malti bħala Għallet is-serduq, Ħenna jew Għajn is-serduq, hija pjanta annwali mill-familja Ranunculaceae.[1][2][3]Din l-ispeċi hija indiġena mill-Punent tal-Asja san-Nofsinhar tal-Ewropa, inkluż fil-gżejjer Maltin.[1][2] L-Adonis microcarpa ġiet ukoll naturalizzata fl-Awstralja.[1] Bħala abitat, tikber ħdejn għelieqi ikkultivati, fix-xagħri u f’art imħarbta. [2][4] F'Malta, l-Adonis microcarpa hija mħarsa bil-ligi.[2]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Adonis microcarpa twarrad minn Jannar sa Mejju [4]. F’Malta tikber sa 10ċm fit-tul, għalkemm fil-bqija tad-distribuzzjoni tagħha tikber sa 40 ċm.[5][4] Għandha weraq twal u irqaq, kif ukoll fjuri ħomor biċ-ċentru iswed.[2][4][5] Ikkomparati mal-fjuri ta' barra minn Malta tal-istess speċi, f’Malta ħafna mill-fjuri tal-Adonis microcarpa huma iżgħar u jkollhom inqas petali, li jkunu ta’ lewn oranġjo [4]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Adonis microcarpa DC. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-21.
- ^ a b ċ d e Mifsud, Stephen (2022). "Adonis microcarpa (Pheasant's eye)". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-21.
- ^ miklem (2017-11-15). "Henna (fjura)". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-23.
- ^ a b ċ d e Lanfranco, Edwin; Bonett, Guido (2018). Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Print It, Paola: Book Distributors Ltd. p. 107. ISBN 978-99957-46-59-9.
- ^ a b "Adonis microcarpa DC. | Species". WIKTROP - Weed Identification and Knowledge in the Tropical and Mediterranean areas (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-23.