Achal Prabhala

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Achal Prabhala (Wikimania 2009)

Achal Prabhala huwa riċerkatur, attivista u kittieb Indjan minn Bangalore, Karnataka. Huwa jaħdem dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fir-rigward tal-mediċina u l-għarfien. Prabhala huwa membru tal-bord ta' konsulenza tal-Fondazzjoni Wikimedia.[1]

Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]

Prabhala jgħix f'Bangalore, l-Indja.[2] Huwa studja l-ekonomija u l-amministrazzjoni pubblika f'Middlebury College u wara fl-Università ta' Yale, fejn ikkontribwixxa għal artikli fuq il-Yale Daily News, il-gazzetta tal-istudenti.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Kitbiet u riċerka[immodifika | immodifika s-sors]

Achal Prabhala jirriċerka l-proprjetà intelletwali f'konnessjoni mal-mediċina u l-għarfien. Fl-2005, huwa kiteb rapport dwar il-kwistjonijiet tal-copyright u għall-aċċess tat-tagħlim fl-Afrika tan-Nofsinhar għall-ICTSD u l-UNCTAD[3] u mexxa l-proġett "Access to learning materials in South Africa" 2004–05.[4][5]

B'fondi minn għotja tal-Fondazzjoni Wikimedia, Prabahala, flimkien ma' Priya Sen u Zen Marie, ipproduċa l-film People are Knowledge. Il-film jesplora kif jistgħu jiġu wżat metodi alternattivi ta' ċitazzjoni fuq il-Wikipedija.[6]

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

  • Access to knowledge in Africa (2010) ma' C. Armstrong, J. De Beer, D. Kawooya u T. Schonwetter.
  • The best of Quest (2011) ma' Laeeq Futehally u Arshia Sattar.
  • Civil Lines 6 (2011) ma' Mukul Kesavan u Kai Friese.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Advisory Board: Achal Prabhala
  2. ^ The Hindu, ed. (2011-01-27). "One among the clan of Wikipedians" (bl-Ingliż).
  3. ^ Ray Corrigan. Springer (ed.). Digital decision making: back to the future. p. 288. Miġbur 2012-04-03.
  4. ^ Armstrong, Chris; De Beer, Jeremy; Kawooya, Dick; Prabhala, Achal; Schonwetter, T. (2010). UCT Press (ed.). Access to knowledge in Africa: the role of copyright. pp. 9–. ISBN 978-1-919895-45-1. Miġbur 2011-11-17.
  5. ^ Meléndez-Ortiz, Ricardo; Roffe, Pedro (2009-01-01). Edward Elgar Publishing (ed.). Intellectual property and sustainable development: development agendas in a changing world. pp. 10–. ISBN 978-1-84844-645-8. Miġbur 2011-11-17.
  6. ^ Noam Cohen (2011-08-07). The New York Times (ed.). "When Knowledge Isn't Written, Does It Still Count?" (bl-Ingliż). Miġbur 2011-08-17.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]