Ġużè Stagno
Dehra
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġużè Stagno huwa rumanzier li twieled f'Marsaxlokk fil-21 ta' Settembru, 1976. Huwa meqjus bħala l-enfant terrible tal-letteratura kontemporanja Maltija.
L-ewwel ktieb tiegħu Nbid ta' Kuljum ġie ppubblikat fl-2001 u bih irnexxielu jirbaħ l-premju MAPA, kif ukoll spiċċa fit-tieni post fil-Premju Letterarju għall-istess ktieb. Fl-2003, Stagno ppubblika t-tieni ktieb tiegħu Xemx Wisq Sabiħa li ntlaqa' tajjeb ħafna mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi u spiċċa wkoll fit-tieni post fil-Premju Letterarju ta' l-2003.
Attwalment, Stagno qed jaħdem fuq numru ta' proġetti fosthom rumanz storiku u skript għat-televiżjoni.