Wikipedija:Ċaħda fuq il-kontenut

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ċaħdiet tal-Wikipedija


IL-WIKIPEDIJA GĦANDHA KONTENUT LI JISTA' JKUN OĠĠEZZJONIBBLI

Fi ħdan il-funzjoni enċiklopedika tagħha, il-Wikipedija għandha miljun ta' artiklu li jitrattaw xelta vasta ta' suġġetti. Huma relattivament ftit minn dawn is-suġġetti li jiġu ċensurati minn skemi edukazzjonali, governattiva, korporattiva, familjari u skemi oħra ta' filtru.

  • Xi artikli tal-Wikipedija jiddiskutu kliem jew lingwa li huma kkunsidrati profani, vulgari jew offensivi minn xi qarrejja. Ara Għajnuna:Wikiketta għal aktar informazzjoni.
  • L-artikli jista' jkollhom rappreżentazzjoni akustika, viżwali jew miktuba ta' nies jew avvenimenti li jistgħu jkunu protetti minn xi kulturi.
  • Il-Wikipedija għandha ħafna stampi, li xi ftit minnhom huma kkunsidrati oġġezzjonibbli jew offensivi għal xi qarrejja. Per eżempju, xi artikli jista' jkollhom rappreżentazzjoni grafika ta' vjolenza, jew tal-anatomija tal-bniedem.
  • Ħafna artikli għandhom diskussjoni skjetta fuq suġġetti kontroversjali. Xi suġġetti li huma diskussi għandhom applikazzjonijiet kriminali f'ċeri ġurisdikazzjonijiet. Oħrajn għandhom informazzjoni fuq attivitajiet perikolużi jew riskjużi (ara Wikipedija:Ċaħda ġenerali u Wikipedija:Ċaħda fuq ir-riskju).
  • Xi artikli jiżvelaw il-kontenut tat-trama ta' film, opri letterarji jew liriċi, eċċ. (ara Wikipedija:Trama).
  • Il-Wikipedija jista' jkollha "attivitajiet" g]al nies li jbatu b'disturb ta' stress post-trawmatiku.
  • Minħabba li l-Wikipedija hi miftuħa għall-kontribuzzjonijiet tal-pubbliku, jista' jkun li jkun hemm preżenti ċerti vandaliżmi.
  • Jista' jkun hemm informazzjoni medika, legali, jew ta' tip ieħor, li normalment tkun ukoll suġġett ta' opinjoni professjonali; il-Wikipedija mhijiex sostitut għat-tfittxija tal-għajnuna min-naħa ta' persuna professjonista. Kun af li l-Wikipedija ma tagħti l-ebda avviż legal u l-anqas dak mediku.

Il-politika kurrenti tal-Wikipedija hi li tinkludi bħall-kontenut li issemma' iktar 'il fuq, sakemm ma tiġi vjolata l-ebda politika attwali (partikularment il-punt ta' vista newtrali), u lanqas il-liġijiet tal-istat ta' Florida (Stati Uniti), fejn il-Wikipedija hi ospitata. M'għandux ikun hemm artikli enċiklopediċi projbiti: madanakollu teżisti kategorija li tiġbor argumenti kontroversjali. Biċċa minn dawn l-artikli għandhom avviż, waqt li oħrajn huma neqsin minnu.