Aqbeż għall-kontentut

Torri ta' Qalet Marku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Torri ta' Qalet Marku

Koordinati: 35°56′47″N 14°27′11″E / 35.94639°N 14.45306°E / 35.94639; 14.45306


It-Torri ta' Qalet Marku jew it-Torri ta' San Mark hu fortizza fuq il-gżira ta' Malta mibnija mill-Kavallieri ta' Malta. Dan huwa torri tal-għassa żgħir mibni fuq Ras il-Qrejten fuq ix-xatt tat-tramuntana ta' Malta. Mit-Torri ta' Qalet Marku wieħed jista' jara faċilment it-Torri tal-Għallis lejn il-punent u t-Torri tal-Madliena lejn il-lvant. It-torri jidher li għadu f'kundizzjoni pjuttost tajba.

Dan it-torri huwa wieħed mis-sensiela tat-13-il torri ta' de Redin li nbnew bil-għan li jkun hemm xi forma ta' komunikazzjoni bejn Għawdex u l-kwartieri ġenerali tal-kavallieri fil-belt Valletta.

It-Torri tal-Għallis bit-Torri ta' Qalet Marku u t-Torri tal-Madliena fil-bogħod