Torrijiet ta' de Redin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

It-Torrijiet ta' de Redin huma sensiela ta' tlettax-il torri tal-għassa żgħir fortifikat li l-Gran Mastru Martin de Redin tal-Kavallieri ta' Malta bena fuq il-gżira ta' Malta bejn l-1658 u l-1659. It-torrijiet jidhru minn xulxin, u kienu jipprovdu ħolqa ta' komunikazzjoni bejn Għawdex u l-Port il-Kbir, barra milli jservu bħala torrijiet tal-għassa kontra l-kursari.

Id-disinn kien ibbażat fuq il-pjanta tal-aħħar torri mill-ħames torrijiet ta' Lascaris, it-Torri tax-Xuta (1640) li bena il-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris, il-Gran Mastru ta' qabel de Redin.

Ħafna mit-torrijiet għadhom jeżistu f'kundizzjoni tajba u l-maġġor parti huma ażżessibbli għall-pubbliku.

Lista tat-torrijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn huma t-torrijiet ta' de Redin fl-ordni kronoloġika skont meta nbnew.

  1. Torri ta' Għajn Ħadid, Selmun, il-Mellieħa
  2. Torri tal-Għallis, is-Salini, in-Naxxar
  3. Torri ta' Qalet Marku jew Torri ta' San Mark
  4. Torri tal-Madliena, il-Madliena, is-Swieqi
  5. Torri ta' San Ġiljan, Tas-Sliema
  6. Torri tal-Aħrax (Torri l-Abjad), l-Aħrax, il-Mellieħa
  7. Torri ta' Bengħisa, Ħal Far
  8. Torri ta' Triq il-Wiesgħa
  9. Torri ta' Xrobb l-Għagin, Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk
  10. Torri ta' Delimara, Delimara, Marsaxlokk
  11. Torri taż-Żonqor, Wied il-Għajn
  12. Torri tal-Ħamrija
  13. Torri tal-Wardija

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Spiteri Stephen C. The Knights' Fortifications Valletta, Book Distributors Ltd., 1989
  • Hughes Quentin, Fortresses of the Knights, Valletta, Said Internationa, l2001