Thomas Edison

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Thomas Edison
Thomas Alva Edison Signature.svg

Thomas Alva Edison (Milan, 11 ta' Frar 1847West Orange, 18 ta' Ottubru 1931) kien inventur u negozjant Amerikan. Huwa żviluppa bosta mezzi li influwenzaw il-ħajja madwar id-dinja bil-kbir, inkluż il-fonografu, il-kamera tal-istampa mottiva u l-bozzap rattika. Imlaqqam, "Is-saħħar tal-park ta' Menlo",[1] huwa kien wieħed mill-ewwel inventuri li applika l-prinċipji tal-produzzjoni tal-massa u l-ħidma f'tim għall-proċess tal-invenzjoni , u minħabba hekk, u huwa ta' sikwit imfaħħar bil-kreazzjoni tal-ewwel laboratorju tal-industrija u tar-riċerka.[2]

Edison huwa r-raba' l-iktar inventur profiliku fl-istorja, u jżomm 1,093 ażjenda privattiva f'ismu, kif ukoll patenti oħra fir-Renju Unit, fi Franza u fil-Ġermanja. Huwa mfaħħar ukoll, għan-numru sostanzjali ta' invenzjonijiet li kkontribwixxa għall-komunikazzjoni tal-massa, u, partikolarment it-telekomunikazzjonijiet. Fost dawn l-invenzjonijiet telekomunikattivi nistgħu nsibu l-istokk tiker, li jirreġistra l-vot b'mod mekkaniku, il-batterija għall-karozza li tiffunzjona bl-elettriku, il-qawwa elettrika u l-irrikordjar tal-mużika u tal-istampa mottiva

Ix-xogħol avvanzat tiegħu f'dawn l-oqsma kien l-axonali tal-karriera prekarja tiegħu bħala operatur telegrafiku. Edison żviluppa s-sistema ta' ġenerazzjoni u ta' distribuzzjoni[3] tal-enerġija elettrika għad-djar, għan-negozju u għall-fabbriki-żvilupp kruċjali fid-dinja moderna u industrijalizzata. L-ewwel stazzjon tal-enerġija tiegħu kien ibena fi triq il-perli, ġewwa Manhatten, f'New York.[3]

Żwiġijiet u Tfal[editja]

Fil-25 ta' Diċembru, 1871, Edison iżżewweġ lil Mary Stilwell ta' 16-il sena (1855–1884), li ltaqa' magħha xahrejn qabel; hija kienet l-impjegata ta' wieħed mill-ħwienet tiegħu. Huma kellhom tlett itfal:

  • Marion Estelle Edison (1873–1965), imlaqqma "Dot"[4]
  • Thomas Alva Edison, Jr. (1876–1935), imlaqqam "Dash"[5]
  • William Leslie Edison (1878–1937) Inventur, u ggradwa mill-iskola xjentifika ta' Sheffield f'Yale, fl-1900.[6]

Mary Edison mietet fl-età ta' 29 sena fid-9 ta' Awwissu tal-1884, il-kawża prinċipali tal-mewt tagħha ma ġietx magħrufa: probabbli hija mietet minħabba tumur f'moħħha jonkella minħabba doża eċċessiva tal-Morfina. F'dawk is-snin, it-tobba kienu jirrikmandaw il-morfina lin-nisa sabiex tittratta il-varjetà ta' kawżi, u r-riċerkaturi jemmnu li ftit mis-sintomi tagħha dehru li kienu assoċjati mal-avvelenar tal-morfina.[7]

Fl-24 ta' Frar, 1886, fl-età ta' disa' u tletin sena, Edison iżżewweġ lil Mina Miller, ta' għoxrin sena (1866-1947) f'Akron, Ohio.[8] Hija kienet it-tifla tal-inventur Lewis Miller, ko-fondatur tal-Istutizzjoni ta' Chautauqua u benefattur tal-karitajiet metodiċi. Huma nisslu tliet ulied flimkien:

  • Theodore Edison (1898–1992), (MIT Physics 1923), li ġie kkreditat b'iktar minn 80 patent.

Mina għexet iktar minn Thomas Edison, billi mietet fl-24 ta' Awwissu tal-1947.[12][13]

Bidu tal-karriera[editja]

Edison beda l-karriera tiegħu bħala inventur f'Newark, New Jersey, permezz ta' ripetitur awtomatiku u tal-mezzi telegrafiċi mtejba tiegħu, imma dik l-invenzjoni li tagħtu l-iktar ġieh kienet, mingħajr ebda dubju, il-fonografu, tal-1877.[14] Dan is-suċċess tant ma kienx mistenni mill-pubbliku li deher daqs li kieku kienet invenzjoni maġika, tal-futur li ġie qabel il-waqt. Edison ġie konoxxut bħala "Is-saħħar tal-park ta' Melno", fi New Jersey.

L-ewwel fonografu tiegħu rrikordja fuq il-fojl tal-landa madwar ċilindu mħaffer, però l-kwalità tal-ħoss kienet terribbli u r-rikordji setgħu jintlaghbu għal ftit drabi biss. Fl-1860s, mudell irristrutturat bl-użu ta' ċilindri tal-kartonċin miksijin bix-xemgħa ġie kkreat minn: Alexander Graham Bell, Chichester Bell u minn Charles Tainter. Din hija waħda mir-raġunijiet speċifiċi li ġegħlet lil Thomas Edison ikompli jaħdem sabiex fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilu joħloq verżjoni itjeb tal-fonografu.[1]

Referenzi[editja]

  1. ^ a b The Wizard of Menlo Park. The Franklin Institute. Aċċess tal-URL: 24 ta' Frar 2013.
  2. ^ Walsh, Bryan. "The Electrifying Edison." Web: Time 5 ta' Lulju, 2010
  3. ^ a b Con Edison: A Brief History of Con Edison - electricity. Coned.com, 1 ta' Jannar 1998. Aċċess tal-URL: 11 ta' Ottubru 2012.
  4. ^ Baldwin 1995, p.60
  5. ^ Baldwin 1995, p.67
  6. ^ Older Son To Sue To Void Edison Will; William, Second Child Of The Counsel, 31 ta' Ottubru, 1931.
  7. ^ "Thomas Edison’s First Wife May Have Died of a Morphine Overdose", Rutgers Today. 18 ta' Novembru, 2011
  8. ^ Thomas Edison's Children. IEEE, 2010-12-16
  9. ^ Madeleine Edison a Bride. Inventor's Daughter Married to J. E. Sloan by Mgr. Brann, 18 ta' Ġunju, 1914.
  10. ^ , 10 ta' Jannar 1931.
  11. ^ Charles Edison, 78, Ex-Governor Of Jersey and U.S. Aide, Is Dead, Awwissu 1969.
  12. ^ Edison's Widow Very III, 21 ta' Awwissu, 1947.
  13. ^ Rites for Mrs. Edison, 21 ta' Awwissu, 1947.
  14. ^ The Life of Thomas A. Edison

Ħoloq esterni[editja]