Premju Nobel għall-Fiżika
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Premju Nobel għall-Fiżika huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li jingħata ta' kull sena mill-Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi. L-ewwel rebbieħ ta' dan l-unur kien il-Ġermaniż Wilhelm Conrad Röntgen fl-1901. Dan il-premju jiġi mogħti f'ċerimonja annwali ġewwa Stokkolma nhar l-10 ta' Diċembru, l-anniversarju tal-mewt ta' Alfred Nobel, li warajh huma imsemmijin dawn il-premjijiet.
Rebbieħa[editja]
| Sena | Rebbieħ | Pajjiż | Raġuni | |
|---|---|---|---|---|
| 1901 | Wilhelm Conrad Röntgen | "bħala rikonoxximent għas-servizz straordinarju li ta għall-iskoperta tar-raġġi importanti li wara ħadu ismu" | ||
| 1902 | Hendrik Lorentz | "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li taw bir-riċerki tagħhom fuq l-influwenza tal-manjetiżmu fuq fenomeni radjoattivi" | ||
| Pieter Zeeman | ||||
| 1903 | Antoine Henri Becquerel | "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li ta bl-iskopera tar-radjoattività spontanja" | ||
| Pierre Curie | "bħala rikoxximent tas-servizz staordinarju li taw fir-riċerki flimkien fuq il-fenomeni radjoattivi skoperti mill-Professur Henri Becquerel" | |||
| Marie Curie | ||||
| 1904 | John William Strutt | "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq id-densità tal-gassijiet l-aktar importanti u għall-iskopera tiegħu tal-argon, b'konnessjoni ma' dawn l-istess studji" | ||
| 1905 | Philipp Eduard Anton von Lenard | "għar-riċerki tiegħu fuq ir-raġġi katodiċi" | ||
| 1906 | Joseph John Thomson | "bħala rikonoxximent għall-investigazzjonijiet teoriċi u sperimentali fuq il-konduzzjoni tal-enerġija elettrika fil-gassijiet" | ||
| 1907 | Albert Abraham Michelson | "għall-istrumenti ottiċi ta' preċiżjoni u għall-investigazzjonijiet spettroskopiċi u metroloġiċi li saru bl-għajnuna tagħhom" | ||
| 1908 | Gabriel Lippmann | "għall-metodu tiegħu li jirriproduċi l-kuluri b'mod fotografiku bbażat fuq il-fenomenu tal-interferenza" | ||
| 1909 | Guglielmo Marconi | "bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom fl-iżvilupp tat-telgrafija mingħajr wajers" | ||
| Karl Ferdinand Braun | ||||
| 1910 | Johannes Diderik van der Waals | "għall-ħidma tiegħu fuq l-ekwazzjoni tal-istat għall-gassijiet u l-likwidi" | ||
| 1911 | Wilhelm Wien | "għall-iskoperti tiegħu dwar il-liġijiet li jirregolaw ir-radjazzjoni tas-sħana" | ||
| 1912 | Nils Gustaf Dalén | "għall-invenzjoni tiegħu ta' regolaturi awtomatiċi ddisinjati sabiex jiġu wżati f'kombinazzjoni ma' akkumulaturi tal-gass għal fanali u bagi" | ||
| 1913 | Heike Kamerlingh-Onnes | "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq il-propjetajiet tal-materja f'temperaturi baxxi li wasslu, fost oħrajn, għall-produzzjoni tal-elju likwidu" | ||
| 1914 | Max von Laue | "għall-iskoperta tiegħu fuq id-diffrazzjoni tar-raġġi X mill-kristalli, pass importanti fl-iżvilupp tal-ispektroskopija tar-raġġi X" | ||
| 1915 | William Henry Bragg | "għas-servizz tagħhom fl-analiżi tal-istruttura kristallina permezz tar-raġġi X" | ||
| William Lawrence Bragg | ||||
| 1916 | Ma ngħatax | |||
| 1917 | Charles Glover Barkla | "għall-iskopera tiegħu tar-radjazzjoni X karatteristika tal-elementi" | ||
| 1918 | Max Planck | "bħala rikonoxximent għas-servizzi li ta għall-progress tal-fiżika bl-iskopera tal-kwantifikazzjoni tal-enerġija " | ||
| 1919 | Johannes Stark | "għall-iskopera tiegħu tal-effett Doppler fir-raġġi kanali u l-qsim tal-linji spettrali f'kampijiet elettriċi" | ||
| 1920 | Charles Édouard Guillaume | "bħala rikonoxximent għas-servizz li ta fil-kejl ta' preċiżjoni fil-fiżika bl-iskoperta tiegħu tal-anomaliji fil-legi tan-nikil u l-azzar" | ||
| 1921 | Albert Einstein | "għas-servizzi tiegħu lejn il-Fiżika Teorika, u speċjalment għall-iskopera tal-liġi tal-effett fotoelettriku" | ||
| 1922 | Niels Bohr | "għas-servizzi tiegħu fl-investigazzjoni tal-istruttura tal-atomi u tar-radjazzjoni li toħroġ minnhom" | ||
| 1923 | Robert Andrews Millikan | "għall-ħidma tiegħu fuq iċ-ċarġ elementari tal-elettriċità u fuq l-effett fotoelettriku" | ||
| 1924 | Manne Siegbahn | "għall-iskoperti u riċerki tiegħu fil-kamp tal-ispettroskopija tar-raġġi X" | ||
| 1925 | James Franck | "għall-iskopera tagħhom tal-liġijiet li jirregolaw l-impatt ta' elettron fuq atomu" | ||
| Gustav Hertz | ||||
| 1926 | Jean Baptiste Perrin | "għall-ħidma tiegħu fuq l-istruttura diskontinwa tal-materjal, u speċjalment għall-iskoperta tiegħu tal-ekwilibriju ta' sedimentazzjoni" | ||
| 1927 | Arthur Holly Compton | "għall-iskoperta tiegħu tal-effett imsemmi warajh" | ||
| Charles Thomson Rees Wilson | "għall-metodu tiegħu li jagħmel viżibbli l-mgħodija ta' partiċelli ċċarġjati elettrikament permezz tal-kondensazzjoni tal-fwar" | |||
| 1928 | Owen Willans Richardson | "għall-ħidma tiegħu fuq il-fenomenu termijoniku u speċjalment għall-iskoperta tal-liġi mmsemmija warajh" | ||
| 1929 | Prince Louis-Victor Pierre Raymond de Broglie | "għall-iskoperta tiegħu tan-natura ta' mewġa tal-elettroni" | ||
| 1930 | Chandrasekhara Venkata Raman | "għall-ħidma tiegħu fuq id-diffużjoni tad-dawl u għall-iskoperta tal-effett imsemmi warajh" | ||
| 1931 | Ma ngħatax | |||
| 1932 | Werner Heisenberg | "għall-ħolqien tal-mekkanika kwantistika, liema applikazzjoni tiegħu, fost oħrajn, ġabet l-iskoperta tal-forom allotropiċi tal-idroġenu" | ||
| 1933 | Erwin Schrödinger | "għall-iskoperta ta' forom produttivi ġodda ta' teorija atomika" | ||
| Paul Dirac | ||||
| 1934 | Ma ngħatax | |||
| 1935 | James Chadwick | "għall-iskoperta tan-newtron" | ||
| 1936 | Victor Francis Hess | "għall-iskoperta tiegħu tar-radjazzjoni kożmika" | ||
| Carl David Anderson | "għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron" | |||
| 1937 | Clinton Joseph Davisson | "għall-iskoperta sperimentali tagħhom tad-diffrazzjoni tal-elettroni permezz tal-kristalli" | ||
| George Paget Thomson | ||||
| 1938 | Enrico Fermi | "għad-dimostrazzjonijiet tiegħu tal-eżistenza ta' elementi radjoattivi ġodda prodotti minn irradjazzjoni newtronika, u għall-iskoperta relatata tar-reazzjonijiet nukleari miksuba min-newtroni li jivvjaġaw bil-mod" | ||
| 1939 | Ernest Lawrence | "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-ċiklotron u għar-riżultati miksuba bih, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' elementi radjoattivi artifiċjali" | ||
| 1940 | Ma ngħatax | |||
| 1941 | Ma ngħatax | |||
| 1942 | Ma ngħatax | |||
| 1943 | Otto Stern | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp tal-metodu tar-raġġ molekulari u l-iskoperta tiegħu tal-momentu manjetiku tal-proton" | ||
| 1944 | Isidor Isaac Rabi | "għall-metodu tiegħu tar-reżonanza sabiex jirreġistra l-propjetajiet manjetiċi tan-nukleji atomiċi" | ||
| 1945 | Wolfgang Pauli | "għall-iskoperta tiegħu tal-Prinċipju ta' Esklużjoni, imsejjaħ ukoll il-prinċipju ta' esklużjoni ta' Pauli" | ||
| 1946 | Percy Williams Bridgman | "għall-invenzjoni ta' apparat li jipproduċi pressjonijiet għolja ħafna, u għall-iskoperti li jagħmel fil-kamp tal-fiżika ta' pressjoni għolja" | ||
| 1947 | Edward Victor Appleton | "għall-investigazzjonijiet tiegħu tal-fiżika tal-atmosfera ta' fuq speċjalment għall-iskoperta tal-hekk imsejjaħ saff ta' Appleton" | ||
| 1948 | Patrick Maynard Stuart Blackett | "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu ta' kamra taċ-ċpar ta' Wilson, u l-iskoperti tiegħu fil-kamp tal-fiżika nukleari u r-radjazzjoni kożmika" | ||
| 1949 | Hideki Yukawa | "għat-tbassira tiegħu tal-eżistenza ta' meżoni abbażi tal-ħidma teoretika fuq il-forzi nukleari" | ||
| 1950 | Cecil Frank Powell | "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu fotografiku għall-istudju ta' proċessi nukleari u l-iskoperti tiegħu rigward meżoni magħmula b'dan il-metodu" | ||
| 1951 | John Douglas Cockcroft | "għall-ħidma fuq it-transmutazzjni ta' nukleji atomiċi permezz ta' partiċelli atomiċi mgħaġġlin b'mod artifiċjali" | ||
| Ernest Thomas Sinton Walton | ||||
| 1952 | Felix Bloch | "għall-iżvilupp tagħhom ta' metodi ġodda għal kejl ta' preċiżjoni manjetika nukleari u l-iskoperti relatati" | ||
| Edward Mills Purcell | ||||
| 1953 | Frits Zernike | "għad-dimostrazzjoni tiegħu tal-metodu tal-kuntrast tal-fażijiet, speċjalment għall-invenzjoni tiegħu tal-mikroskopju tal-kuntrast tal-fażijiet." | ||
| 1954 | Max Born | "għar-riċerka fundamentali fil-mekkanika kwantistika, speċjalment għall-interpretazzjoni statistika tal-funzjoni tal-mewġa" | ||
| Walther Bothe | "għall-metodu ta' koinċidenza u l-iskoperti tiegħu li saru f'dak l-ambitu" | |||
| 1955 | Willis Eugene Lamb | "għall-iskoperti tiegħu relatati mal-istruttura fina tal-ispettru tal-idroġenu" | ||
| Polykarp Kusch | "għad-determinazzjoni preċiża tal-momentu manjetiku tal-elettron" | |||
| 1956 | John Bardeen | "għar-riċerki tagħhom fuq is-semikondutturi u l-iskoperta tagħhom tal-effett transister" | ||
| Walter Houser Brattain | ||||
| William Bradford Shockley | ||||
| 1957 | Tsung-Dao Lee | "għall-investigazzjoni penetranti tagħhom tal-hekk imsejħa liġijiet tal-parità li wasslu għal skoperti importanti dwar il-partiċelli elementari" | ||
| Chen Ning Yang | ||||
| 1958 | Pavel Alekseyevich Cherenkov | "għall-iskoperta u l-interpretazzjoni tal-effett Čerenkov" | ||
| Il'ya Frank | ||||
| Igor Yevgenyevich Tamm | ||||
| 1959 | Owen Chamberlain | "għall-iskoperta tal-antiproton" | ||
| Emilio Gino Segrè | ||||
| 1960 | Donald Arthur Glaser | "għall-invenzjoni tal-kamra tal-bżieżaq" | ||
| 1961 | Robert Hofstadter | "għall-istudji tiegħu fuq it-tifrix tal-elettron fin-nukleji atomiċi u għall-iskoperti li għamel wara dwar l-istruttura tan-nukleji" | ||
| Rudolf Ludwig Mössbauer | "għar-riċerki tiegħu dwar l-assorbiment tar-riżonanza tar-raġġi gamma u l-iskopera tiegħu tal-effett li jġib ismu" | |||
| 1962 | Lev Davidovich Landau | "għat-teoriji tiegħu fuq il-materjal kondensat, speċjalment l-elju likwudu" | ||
| 1963 | Eugene Paul Wigner | "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn it-teorja tan-nukleji atomiċi u l-partiċelli elementari, partikularment permezz tal-iskoperta u l-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali ta' simetrija" | ||
| Maria Goeppert-Mayer | "għall-iskoperti tagħhom dwar l-istruttura nukleari" | |||
| J. Hans D. Jensen | ||||
| 1964 | Nicolay Gennadiyevich Basov | "għall-ħidma fundamentali fil-kamp tal-elettronika kwantistika, li wasslet għall-bini ta' oxxillaturi u amplifikaturi bbażati fuq il-prinċipju maser-laser" | ||
| Aleksandr Prokhorov | ||||
| Charles Hard Townes | ||||
| 1965 | Richard Phillips Feynman | "għall-ħidma fundamentali tagħhom fl-elettrondinamika kwantistika, b'konsegwenzi profondi għall-fiżika tal-partiċelli elementari" | ||
| Julian Schwinger | ||||
| Sin-Itiro Tomonaga | ||||
| 1966 | Alfred Kastler | "għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' metodi ottiċi għall-istudju tar-riżonanza Hertzjajn fl-atomi" | ||
| 1967 | Hans Albrecht Bethe | "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fit-teorija tar-reazzjonijiet nukleari, speċjalment l-iskoperti tiegħu dwar il-produzzjoni tal-enerġija fil-kwiekeb" | ||
| 1968 | Luis Walter Alvarez | "għall-kontribuzzjonijiet determinanti tiegħu fil-fiżika tal-partiċelli elementari, partikularment fl-iskoperta ta' numru kbir ta' stati riżonanti magħmulin possibbli mill-iżvilupp tat-teknika tal-kamra tal-bżieżaq bl-idroġenu u l-analiżi tad-dati" | ||
| 1969 | Murray Gell-Mann | "għall-kontribuzzjonijiet u l-iskoperti tiegħu dwar il-klassifikazzjoni tal-partiċelli elementari u l-interazzjonijiet tagħhom" | ||
| 1970 | Hannes Olof Gösta Alfvén | "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali fil-manjetoidrodinamika b'applikazzjonijiet produttivi f'diversi partijiet tal-fiżika tal-plażma" | ||
| Louis Néel | "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali tiegħu dwar l-antiferromanjetiżmu u l-ferrimanjetiżmu li wasslu għal applikazzjonijiet importanti fil-fiżika tal-istat solidu" | |||
| 1971 | Dennis Gabor | "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-metodu olografiku" | ||
| 1972 | John Bardeen | "għall-iżvilupp flimkien tat-teorija tas-superkonduttività, spiss imsejħa t-teorija BCS" | ||
| Leon Neil Cooper | ||||
| John Robert Schrieffer | ||||
| 1973 | Leo Esaki | "għall-iskoperti sperimentali tagħhom dwar fenomeni ta' tunneling fis-semikondutturi u superkondutturi, rispettivament" | ||
| Ivar Giaever | ||||
| Brian David Josephson | "għall-previżjonijiet teoritiċi tal-proprjetajiet ta' superkurrent f'barriera forma ta' mina, partikularment dawk il-fenomeni li ġeneralment huma magħrufa bħala l-effett Josephson" | |||
| 1974 | Martin Ryle | "għar-riċerka tagħhom fl-astrofiżika radju: Ryle għall-osservazzjonijiet u l-invenzjonijiet tiegħu, partikularment fit-teknika ta' sintesi t'apertura, u Hewish għar-rwol deċiżiv fl-iskoperta tal-pulsars" | ||
| Antony Hewish | ||||
| 1975 | Aage Bohr | "għall-iskoperta tal-konnessjoni bejn iċ-ċaqlieq kollettiv u ċ-ċaqlieq tal-partiella fin-nuklei atomiċi u l-iżvilupp tat-teorija tal-istruttura tal-nukleu atomiku bbażat fuq din il-konnessjoni" | ||
| Ben Roy Mottelson | ||||
| Leo James Rainwater | ||||
| 1976 | Burton Richter | "għax-xogħol tagħhom fl-iskoperta ta' partiċella elementari tqila ta' tip ġdid" | ||
| Samuel Chao Chung Ting | ||||
| 1977 | Philip Warren Anderson | "għall-investigazzjonijiet teoretiċi fundamentali tal-istruttura elettronika ta' sistemi manjetiċi u disturbati" | ||
| Nevill Francis Mott | ||||
| John Hasbrouck Van Vleck | ||||
| 1978 | Pyotr Leonidovich Kapitsa | "għall-invenzjonijiet u skoperti bażiċi fil-qasam tal-fiżika tat-temperaturi baxxi" | ||
| Arno Allan Penzias | "għall-iskoperta tagħhom tar-radjazzjoni kożmika tal-isfond" | |||
| Robert Woodrow Wilson | ||||
| 1979 | Sheldon Lee Glashow | "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lit-teorija tal-interazzjoni dgħajfa u elettromanjetika bejn partiċelli elementari, inkluża fost oħrajn, il-previżjoni tal-kurrent newtrali" | ||
| Abdus Salam | ||||
| Steven Weinberg | ||||
| 1980 | James Watson Cronin | "għall-iskoperta tal-vjolazzjonijiet tal-prinċipji fundamentali ta' simmetrija fid-dekadenza tal-meżuni K-newtrali" | ||
| Val Logsdon Fitch | ||||
| 1981 | Nicolaas Bloembergen | "għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija tal-lejżer" | ||
| Arthur Leonard Schawlow | ||||
| Kai Manne Börje Siegbahn | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' spettroskopija tal-elettroni b'riżoluzzjoni għolja" | |||
| 1982 | Kenneth G. Wilson | "għat-teorija tiegħu tal-fenomeni kritiċi b'relazzjoni mal-fażi ta' tranżizzjoni" | ||
| 1983 | Subrahmanyan Chandrasekhar | "għall-istudji teoretiċi tiegħu tal-proċessi fiżiċi li jagħtu bidu għall-istruttura u l-evoluzzjoni tal-istilel" | ||
| William Alfred Fowler | "għall-istudji teoritiċi u sperimentali tar-reazzjonijiet nukleari li jagħtu bidu għall-formazzjoni tal-elementi kimiċi fl-univers" | |||
| 1984 | Carlo Rubbia | "għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi tagħhom għall-proġett il-kbir, li wassal għall-iskoperta tal-partiċelli W u Ż, komunikaturi ta' interazzjoni dgħajfa" | ||
| Simon van der Meer | Netherlands | |||
| 1985 | Klaus von Klitzing | "għall-iskoperta tal-effett Hall kwantistiku" | ||
| 1986 | Ernst Ruska | "għax-xogħol fundamentali tiegħu fl-ottika elettronika, u għad-disinn tal-ewwel mikroskopju elettroniku" | ||
| Gerd Binnig | "għad-disinn tagħhom tal-mikroskopju b'effett ta' mina" | |||
| Heinrich Rohrer | ||||
| 1987 | Johannes Georg Bednorz | "għall-pass importanti 'l quddiem fl-iskoperta tas-superkonduttività f'materjali ċeramiċi" | ||
| Karl Alexander Müller | ||||
| 1988 | Leon Max Lederman | "for the neutrino beam method and the demonstration of the doublet structure of the leptons through the discovery of the muon neutrino"[1] | ||
| Melvin Schwartz | ||||
| Jack Steinberger | ||||
| 1989 | Norman Foster Ramsey | "for the invention of the separated oscillatory fields method and its use in the hydrogen maser and other atomic clocks"[2] | ||
| Hans Georg Dehmelt | "for the development of the ion trap technique"[2] | |||
| Wolfgang Paul | ||||
| 1990 | Jerome I. Friedman | "for their pioneering investigations concerning deep inelastic scattering of electrons on protons and bound neutrons, which have been of essential importance for the development of the quark model in particle physics"[3] | ||
| Henry Way Kendall | ||||
| Richard E. Taylor | ||||
| 1991 | Pierre-Gilles de Gennes | "for discovering that methods developed for studying order phenomena in simple systems can be generalized to more complex forms of matter, in particular to liquid crystals and polymers"[4] | ||
| 1992 | Georges Charpak | "for his invention and development of particle detectors, in particular the multiwire proportional chamber"[5] | ||
| 1993 | Russell Alan Hulse | "for the discovery of a new type of pulsar, a discovery that has opened up new possibilities for the study of gravitation"[6] | ||
| Joseph Hooton Taylor, Jr. | ||||
| 1994 | Bertram Brockhouse | "for the development of neutron spectroscopy" and "for pioneering contributions to the development of neutron scattering techniques for studies of condensed matter"[7] | ||
| Clifford Glenwood Shull | "for the development of the neutron diffraction technique" and "for pioneering contributions to the development of neutron scattering techniques for studies of condensed matter"[7] | |||
| 1995 | Martin Lewis Perl | "for the discovery of the tau lepton" and "for pioneering experimental contributions to lepton physics"[8] | ||
| Frederick Reines | "for the detection of the neutrino" and "for pioneering experimental contributions to lepton physics"[8] | |||
| 1996 | David Morris Lee | "għall-iskoperta tagħhom tas-superfluwidità fl-elju-3" | ||
| Douglas D. Osheroff | ||||
| Robert Coleman Richardson | ||||
| 1997 | Steven Chu | "għall-iżvilupp ta' metodi sabiex ikessħu u jaqbdu l-atomi permezz ta' dawl laser" | ||
| Claude Cohen-Tannoudji | ||||
| William Daniel Phillips | ||||
| 1998 | Robert B. Laughlin | "għall-iskoperta tagħhom ta' forma ġdida ta' fluwidu kwantistiku permezz ta' eċċitazzjonijiet iċċarġjati ftit" | ||
| Horst Ludwig Störmer | ||||
| Daniel Chee Tsui | ||||
| 1999 | Gerardus 't Hooft | "għall-iċċarar tal-istruttura kwantistika tal-interazzjoni elettrodgħajfa fil-fiżika" | ||
| Martinus J. G. Veltman | ||||
| 2000 | Zhores Ivanovich Alferov | "għall-iżvilupp tal-eterostrutturi tas-semikondutturi wżati fl-elettronika f'veloċijiet għolja u fl-optoelettronika" | ||
| Herbert Kroemer | ||||
| Jack St. Clair Kilby | "għas-sehem tiegħu fl-invenzjoni taċ-ċirkwit integrat" | |||
| 2001 | Eric Allin Cornell | "għar-realizzazzjoni tal-kondensazzjoni ta' Bose-Einstein f'gassijiet dilwiti ta' atomi alkali, u għar-riċerki fundamentali bikrin tal-proprjetatijiet tal-kondensati" | ||
| Carl Edwin Wieman | ||||
| Wolfgang Ketterle | ||||
| 2002 | Raymond Davis, Jr. | "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, partikularment għall-kxif ta' newtroni kożmiċi" | ||
| Masatoshi Koshiba | ||||
| Riccardo Giacconi | "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, li wasslu għall-iskoperta ta' sorsi kożmiċi ta' raġġi X" | |||
| 2003 | Alexei Alexeyevich Abrikosov | "għall-kontribuzzjonijiet fit-teorija tas-superkondutturi u superfluwidi" | ||
| Vitaly Lazarevich Ginzburg | ||||
| Anthony James Leggett | ||||
| 2004 | David J. Gross | "għall-iskoperta tal-libertà asintotika fit-teorija tal-interazzjoni qawwija" | ||
| Hugh David Politzer | ||||
| Frank Wilczek | ||||
| 2005 | Roy J. Glauber | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fit-teorija kwantistika tal-koerenza ottika" | ||
| John L. Hall | "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija ta' preċiżjoni bbażata fuq il-laser, partikularment għat-teknika tal-moxt tal-frekwenza ottika" | |||
| Theodor W. Hänsch | ||||
| 2006 | John C. Mather | "għall-iskoperta tagħhom tal-anistropija tal-ġisem iswed fir-radjazjoni kożmika tal-isfond" | ||
| George F. Smoot | ||||
| 2007 | Albert Fert | "għall-iskoperta tal-manjetireżistenza ġganta" | ||
| Peter Grünberg | ||||
| 2008 | Makoto Kobayashi | "għall-iskoperta tal-oriġini tas-simetrija mkissra li tbassar l-eżistenza ta' mill-inqas tliet familja ta' quark fin-natura" | ||
| Toshihide Maskawa | ||||
| Yoichiro Nambu | "għall-iskoperta tal-mekkaniżmu tat-tkissir spontanju tas-simetrija fil-fiżika sottoatomika" | |||
| 2009 | Charles K. Kao | "għall-kisbiet li saru rigward it-trażmissjoni tad-dwal fil-fibra ottika għall-komunikazzjoni" | ||
| Willard S. Boyle | "għall-invenzjoni ta' ċirkwit semikonduttur għall-ġbir ta immaġini – is-sensur CCD" | |||
| George E. Smith | ||||
Ħoloq esterni[editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Premju Nobel għall-Fiżika |
Żball fl-użu tar-referenzi: It-tikketti <ref> jeżistu, imma l-ebda tikketta <references/> ma nstabet