Temi Żammit
Sir Themistocles Zammit (30 ta' Settembru 1864 - 2 ta' Novembru 1935) (magħruf bħala Temi Zammit) kien arkeologu u storiku, professur tal-kimika, tabib, riċerkatur u kittieb Malti.
Werrej |
Karriera [editja]
Wara li ggradwa fil-mediċina mill-Università ta' Malta, Zammit speċjalizza fil-batterjoloġija f'Londra u Pariġi. L-iskoperta tiegħu fl-1905 tal-ħalib imniġġeż bħala vettur għat-trasmissjoni tal-bruċellożi fil-bnedmin (B. melitensis) li tinsab fid-demm tal-mogħoż – ikkontribwixxiet ħafna għall-eliminazzjoni mill-gżejjer tad-deni biered u għaliha ngħata knighthood mir-re Ġorġ V tal-Ingilterra.
Kien l-awtur ta' diversi xogħlijiet letterarji fil-lingwa Maltija. Ippubblika ukoll Il-Gzejjer ta' Malta u l-Grajja Taghhom, storja tal-gżejjer Maltin, u skava bosta siti arkeoloġiċi importanti, bħall-Ipoġew u t-Tempji ta' Ħal Tarxien, Ħaġar Qim u l- Imnajdra, li minn dak iż-żmien ġew dikjarati Siti tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO. Skava wkoll il-Katakombi ta' San Pawl tar-Rabat. Temi Zammit ingħata d-DLitt Honoris Causa mill-Università ta' Oxford.
Temi Zammit serva bħala Rettur (1920-1926) tal-Università ta' Malta u kien l-ewwel Direttur tal-Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-belt Valletta.
Kien miżżewweġ lil Aloisia Barbaro di San Giorgio u kellhom żewġt ulied, Charles u Sophia.
Legat [editja]
L-approċċ xjentifiku ta' Zammit fl-arkeoloġija serva biex saħaħ il-fama internazzjonali tiegħu. Hemm wirja permanenti ta' xi sejbiet tiegħu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.
L-awla prinċipali tal-Università ta' Malta issemiet għalih. Jidher ukoll fuq munita kommemorattiva tal-lira Maltija tal-1973,
Referenzi [editja]
Haas LF, Sir David Bruce (1855-1931) and Thermistocles Zammit (1864-1935), Journal of Neurology, Neurosurgery & Psychiatry, vol. 70, ħarġa 4, 2001, p. 520