Surrealiżmu
Is-Surrealiżmu huwa moviment kulturali li beda fil-bidu tal-għoxrinijiet, u huwa magħruf l-aktar għax-xogħlijiet tal-arti viżwali u l-kitbiet mill-membri tal-grupp.
Ix-xogħlijiet surrealistiċi jinkludu l-element ta' sorpriża, it-tqegħid ħdejn xulxin ta' oġġetti ma jaqblux u n-non sequitur. Minkejja dan, bosta artisti u kittieba Surrealisti jaraw f'xogħolhom qabel xejn l-espressjoni tal-moviment filosofiku, fejn ix-xogħlijiet huma artefatt. Il-mexxej André Breton kien ċar fl-istqarrija tiegħu li s-Surrealiżmu kien qabel kollox moviment rivoluzzjonarju.
Is-Surrealiżmu żviluppa mill-attivitajiet tad-Dadaistiċi fl-Ewwel Gwerra Dinjija u l-aktar ċentru importanti għall-moviment kienet Pariġi. Mill-għoxrinijiet 'il quddiem, il-moviment inxtered mad-dinja kollha u eventwalment affettwa l-arti viżwali, l-letteratura, il-films u l-mużika ta' ħafna pajjiżi u ilsna kif ukoll il-prattika u l-ħsieb politiċi, u t-teorija filosofika u soċjali.