Serebro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Serebro
Serebro (May 2007).09.jpg
Informazzjoni ġenerali
Oriġini Russja Moska, Russja
Ġeneru Pop, pop rock
Snin ta' attività 2006–preżent
Sit uffiċjali www.serebro.su
Membri
Elena Temnikova
Olga Seryabkina
Anastasia Karpova
Membri passati
Marina Lizorkina

Serebro (bir-Russu: Серебро) huma grupp mużikali Russu li ġie iffurmat fl-2006 minn Maxim Fadeev. Dan il-grupp irnexxielu jispiċċa fit-tielet post fil-Festival tal-Eurovision 2007 li sar ġewwa Ħelsinki bil-kanzunetta "Song #1".

Storja[editja]

Eurovision[editja]

Serebro waqt l-esebizzjoni tagħhom fil-Festival tal-Eurovision 2007

Lejn l-aħħar ta' Marzu 2007, il-ġurija tal-istazzjon nazzjonali Russu, Channel One, kienu qed jagħżlu r-rappreżentant tar-Russja għall-Festival tal-Eurovision 2007. B'sorpriża, kien Serebro il-grupp magħżul, hekk kif irnexxielhom jirbħu l-isfida ta' artisti famużi ta' dak l-istess pajjiż.

Fit-12 ta' Mejju, Serebro, li kellhom post assigurat fil-finali, spiċċaw fit-tielet post b'total ta' 207 punti. Għall-grupp dan kien l-ewwel esebizzjoni tagħhom quddiem udjenza.

2007–2008: Opiumroz[editja]

Is-suċċess fil-Eurovision wassal sabiex Serebro mal-ewwel saru wieħed mill-aktar gruppi akklamati fir-Russja. Matul is-sajf u x-xitwa l-grupp għamel diversi kunċerti fir-Russja, il-Każakistan, it-Turkija, il-Polonja, l-Użbekistan u l-Belarus.

Wara l-avventura fil-Eurovision, Serebro ħarġu "Song #1" bħala CD waħedha, fejn magħha kien hemm tlettax-il verżjoni tal-istess kanzunetta, ilkoll definiti b'kulur, kif ukoll verżjoni estiża tal-vidjo. Il-grupp imbagħad ħareġ verżjoni Russa ta' "Song #1", bl-isem ta' "Песня #1". Din kienet l-ewwel kanzunetta bil-lingwa Russa. F'Lulju tal-2007, huma ħarġu t-tieni kanzunetta tagħhom, "Дыши (Dyshi)". F'Ottubru tal-istess sena ħareġ il-vidjo mużikali ta' din l-istess kanzunetta.

Fis-serata tal-MTV Russian Music Awards ta' Ottubru 2007, Serebro kantaw għall-ewwel darba l-kanzunetta l-ġdida "What's Your Problem?", li baqgħet mhix ikkonfermata bħala diska uffiċjali. Serebro ġew nominati f'erba' kategoriji tal-MTV RMA 2007, u rebħu l-unur għall-aqwa debutt. F'Diċembru 2007, il-grupp rebaħ unur ieħor fil-Golden Gramophone Award, ċeremonja kbira ta' unuri għall-mużika organizzata mill-ikbar stazzjon tar-radju fir-Russja, Russian Radio. Serebro rebħu wkoll unur fil-World Music Award 2007 għall-aktar artisti Russi li biegħu diski.

Fit-13 ta' Mejju, 2008, Serebro ħabbru fuq is-sit uffiċjali li kienu se joħorġu t-tielet kanzunetta uffiċjali mir-repertorju tagħhom, imsemmija "Опиум". Din indaqqet għall-ewwel darba fuq ir-radju Europa Plus. Minkejja li kien mistenni li l-ewwel album, Opiumroz, joħroġ lejn nofs Ottubru, dan ma seħħx minħabba problemi fil-lista finali ta' kanzunetti. F'Novembru tal-istess sena, Serebro ġew onorati bħala l-Aqwa Grupp fl-MTV RMA Awards.

2009–preżent: Bidla fil-grupp u t-tieni album[editja]

Nhar il-25 ta' April, 2009, il-grupp ħareġ uffiċjalment l-ewwel album tiegħu. Fit-18 ta' Ġunju, 2009, Marina Lizorkina ħabbret li ħalliet il-grupp minħabba raġunijiet finanzjarji u personali. Post Lizorkina ħaditu Anastasia Karpova. Ftit wara, ħareġ il-vidjo uffiċjali tal-ħames silta "Сладко", li ħarġet ukoll b'verżjoni bl-Ingliż taħt it-titlu "Like Mary Warner". Fid-19 ta' April, 2010, il-grupp ħareġ "Не Bремя", miktuba minn Maxim Fadeev b'lirika ta' Olga Seryabkina.

Fl-4 ta' Novembru, 2010, Serebro ħarġet is-seba' kanzunetta, "Давай держаться за руки".

Diskografija[editja]

Kanzunetti[editja]

  • 2007 – Song #1
  • 2007 – Дыши (Dyshi)
  • 2008 – Опиум (Opium)
  • 2008 – Скажи, не Mолчи (Skazhi, ne Molchi)
  • 2009 – Сладко (Like Mary Warner)
  • 2010 – Не Bремя (Ne Vremya)
  • 2010 – Давай держаться за руки (Let's Hold Hands)

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Dima Bilan
Russja fil-Festival tal-Eurovision
2007

Suċċessur
Dima Bilan