Ritchie De Laet
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Ritchie De Laet |
||
| Informazzjoni personali | ||
|---|---|---|
| Isem sħiħ | Richard De Laet | |
| Twelid | 28 ta' Novembru 1988 Antwerp |
|
| Pajjiż | ||
| Tul | 1.86 m | |
| Rwol | Difensur | |
| Informazzjoni fuq il-klabb | ||
| Klabb kurrenti | Manchester United | |
| Numru | 44 | |
| Klabbs ġovanili | ||
| 1994–1998 1998–1999 1999–2004 2004–2005 2005–2006 |
Hoboken Mechelen Hoboken Wilrijk Royal Antwerp |
|
| Klabbs professjonali | ||
| Snin | Klabb | Preż (Gwl)* |
| 2006–2007 2007–2009 2008 2009– |
Royal Antwerp Stoke City → Wrexham (self) Manchester United |
9 (0) 0 (0) 3 (0) 1 (0) |
| Tim nazzjonali | ||
| 2009– | Belġju | 2 (0) |
|
Aġġornament: 19:13, 12 Ġunju 2009 (UTC) |
||
Richard "Ritchie" De Laet (Antwerp, 28 ta' Novembru 1988) hu plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jilgħab mat-tim mill-Premier League Ingliż Manchester United bħala difensur versatili.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Stoke City
De Laet ingħaqad ma' Stoke City għal somma inizzjali ta' £100,000, nhar is-17 ta' Awwissu 2007, mill-klabb Belġjan ta' Royal Antwerp, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin.[1]
F'Ottubru tal-2008, ingħaqad għal xahar taħt self mat-tim ta' Wrexham, fejn iddebutta fir-rebħa ta' 2–0 fuq Lewes fil-Conference National. Matul dan il-perjodu qasir għamel total ta' tliet dehriet, imma l-perjodu ta' self kellu jintemm qabel minħabba li kellu jagħmel operazzjoni fl-ernja.[2]
[editja] Manchester United
Nhar it-8 ta' Jannar 2009, De Laet iffirma kuntratt għal tliet snin ma' Manchester United. Is-somma ta' ingaġġ imħallsa minn Manchester United tiddependi mill-prestazzjonijiet ta' De Laet mal-klabb.[3] Wara li ngħaqad ma' United, De Laet beda jilgħab mat-tim tar-riservi; f'disa' partiti tar-riservi li fiha kien involut, United laqqtu erba' gowls, li taw riżultat għal sitt rebħiet, pari waħda u telfa. F'Marzu tal-2009, De Laet ġie mniżżel fost il-ħames plejers 'il fuq minn 18-il sena, li ntgħażlu f'isem it-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Manchester United biex jipparteċipaw fit-Torneo Calcio Memorial Claudio Sassi-Sassuolo. Hu lagħab tlieta mill-ħames partiti, u skorja penalty fir-rebħa ta' 5–3 bl-għoti tal-penalties fuq Modena biex poġġa lir-Red Devils fil-finali, mirbuħa 1–0 fuq Ajax.[4]
De Laet ingħata l-ewwel sejħa mal-ewwel tim meta iddebutta fl-24 ta' Mejju 2009, fejn lagħab bħala difensur xellugi fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City.[5]
[editja] Internazzjonali
Ftit ġranet wara d-debutt bil-flokk ta' Manchester United, De Laet ġie msejjaħ fl-iskwadra Belġjana għat-Tazza Kirin għall-pariti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun. Id-debutt tiegħu wasal fid-29 ta' Mejju 2009 kontra ċ-Ċili.
[editja] Referenzi
- ^ De Laet Signs! (Ingliż). Stoke City FC (17-08-2007). Aċċessata nhar il-17-08-2007.
- ^ Tsiaklis agrees Wrexham extension (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 02-12-2008 (Aċċessata nhar il-02-02-2009).
- ^ Man Utd sign De Laet from Stoke (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 08-01-2009 (Aċċessata nhar il-02-02-2009).
- ^ Bartram, Steve. Reds reign in Italy (Ingliż), ManUtd.com, Manchester United, 13-04-2009 (Aċċessata nhar il-17-04-2009).
- ^ Hughes, Ian. Hull 0-1 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 24-05-2009 (Aċċessata nhar il-07-06-2009).
[editja] Ħoloq esterni
- Profil fuq stokecityfc.com
- Statistika fuq Soccerbase.com
|
|||||