Pika tax-xofftejn suwed
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Pika tax-xofftejn suwed | |
|---|---|
| Pika tax-xofftejn suwed Ochotona curzoniae | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Ochotonidae |
| Ġeneru: | Ochotona |
| Speċi: | O. curzoniae |
| Isem binominali | |
| Ochotona curzoniae Hodgson, 1858 |
|
Il-Pika tax-xofftejn suwed (Ochotona curzoniae) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika tax-xofftejn suwed hija speċi li tħobb tgħix fil-bejta li tħaffer hi stess taħt l-art. Din bħala speċi qegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda mifruxa u stabli, b'hekk din qegħdha mniżżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern").
Distribuzzjoni [editja]
Din hija speċi taċ-Ċina (mifruxa fil-provinċi ta' Gansu, Quinghai u Sichuan), l-Indja (mifruxa f'Sikkim) u n-Nepal.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: piki ta' l-isteppa
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Sottoġeneru Ochotona: piki ta' l-isteppa
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi [editja]
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona curzoniae. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.