Ludmilla Radchenko

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ludmilla Radchenko

Ludmilla Radchenko (bir-Russu: Людмила Радченко; Omsk, 11 ta' Novembru 1978) hija mudella, artista u attriċi Russa, l-aktar magħrufa ġewwa l-Italja u fil-pajjiżi Anglosassoni.

Bijografija[editja]

Imwielda ġewwa Omsk, li kienet tifforma parti mill-Unjoni Sovjetika, hi ggradwat fid-disinn tal-moda fl-1999. Fl-1997 ġiet eletta bħala Miss Charm fil-kompetizzjoni tal-Miss Russia. Ġewwa art twelidha kellha xi esperjenzi fit-televiżjoni ġewwa Moska u San Pietruburgu

Mal-wasla tagħha fl-Italja, bdiet il-karriera tagħha fix-xena tal-ispettaklu meta ħadet sehem f'reklam televiżiv li kien jixxandar waqt Paperissima. Aktar tard, fl-2001, daħlet bħala żeffiena fil-programm La sai l'ultima? u s-sena ta' wara kienet fost it-tfajliet hekk imsejħa "letterine" fil-kwiżż Passaparola immexxi minn Gerry Scotti.

Fl-2003 ippreżentat ir-rokna Spicy Tg fuq Antenna 3. Fil-frattemp baqgħet tisfila bħala mudella, u fl-2004 kienet il-protagonista tal-kalendarju tar-rivista Fox. Fl-2005 ħadet sehem f'La Talpa, fejn ġiet eliminata fis-semifinali, ġimgħa biss 'il bogħod mill-aħħar serata.

Fis-sajf tal-2006 kienet protagonista tal-programm On the Road f'Miami li xxandar fuq Italia 1. Is-sena ta' wara ppreżentat Tuning and fanatics, trażmess fuq SKY.

Ġiet magħżula minn Fapim, azjenda li timmanifattura t-twieqi, biex tippoża għall-kalendarju 2008 fil-pożi erotiċi l-aktar popolari fl-istorja taċ-ċinema internazzjonali. Ħadmet ukoll ma' All Music fil-programm dwar il-moda Modeland.

Wara l-parteċipazzjoni tagħha f'La Talpa, reġgħet qabdet il-passjoni lejn il-pittura (meta kienet żgħira kienet attendiet xi skejjel tal-arti) u bdiet tesponi diversi kollezzjonijiet f'Milan.[1]

Bħala attriċi rreċtat fil-film Il viaggio (2005) u ħadet sehem f'żewġ episodji ta' R.I.S. - Delitti imperfetti, minbarra li kienet parteċipi f'rwoli żgħar f'produzzjonijiet Taljani oħrajn. Fl-2008 ħadet sehem fil-film A Light of Passion.

Wara l-esperjenza fit-televiżjoni, fl-2008 reġgħet lura għall-passjoni vera tagħha: il-pittura. L-ewwel wirjiet ikkonvinċewha sabiex tħalli definittivament id-dinja tal-ispettaklu u tiddedika ħinha għall-arti. Wara li studjajt ġewwa New York, għamlet diversi kollezzjonijiet li aktar tard ġew esposti f'diversi galleriji, avvenimenti, u wirjiet tal-arti. Fl-2010, għamel baqra kbira għall-"Cow Parade 2010", espożizzjoni tad-disinn internazzjonali. Ħadet sehem ukoll f'instalazzjoni artistika fit-Triennale di Milano u f'wirja fil-Mużew tal-Arti Kontemporanja f'Lucca. Ftit xhur wara l-esebizzjoni tagħha fit-Teatro alla Scala, ġiet magħżula għall-konkors internazzjonali tal-pittura Gemlucart ta' Monako, fejn bdiet il-kollaborazzjoni tagħha mal-Opera Gallery.

F'Diċembru tal-2010, fil-libreriji tal-Feltrinelli ħareġ l-ewwel katalgu tagħha "Power pop", ippubblikat minn Skira. Fi Frar tal-2011, il-provinċja ta' Milan sostniet esebizzjoni ta' Ludmilla fil-Kamra tal-Kulturi tad-Dinja. F'Marzu tal-istess sena, gallerija tal-arti fi New York ippreżentat lil Ludmilla għall-festival "Eating Art" u l-opri tagħha ġew esposti għall-gallerija Crown Fine Art f'Soho.

Televiżjoni[editja]

  • La sai l'ultima? (2001)
  • Passaparola (2001–2002)
  • Spicy Tg (2003)
  • La talpa (2005)
  • On the Road (2006)
  • Tuning and Fanatics (2007)
  • Reality Game (2007)
  • Modeland (2008)

Filmografija[editja]

Sena Titlu Rwol Noti
2005 Il viaggio
2006 R.I.S. - Delitti imperfetti żewġ episodji
2006 A Light of Passion
2008 Scaccomatto
2009 L'ispettore Coliandro film televiżiv
2009 Un posto al sole d'estate Natasha
2010 Ganja Fiction Luna film

Referenzi[editja]

  1. ^ (Taljan) Intervista a Ludmilla Radchenko. BE! Magazine, 20-05-2009

Ħoloq esterni[editja]