Immanuel Kant

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Immanuel Kant

Immanuel Kant (22 t'April, 1724 - 12 ta' Frar, 1804) kien filosfu Ġermaniż. Huwa twieled u miet fi Königsberg, il-Prussja. Kant studja l-filosofija fl-Università tal-post u iktar 'l quddiem laħaq professur tal-filosofija.

Kant twieled f'familja Luterana u għaldaqstant fi tfulitu attenda skola Luterana. Fl-1740 daħal fl-Università ta' Königsberg u hemmhekk studja dwar il-filosofija ta' Gottfried Leibniz u Christian Wolff. Kant kellu interess partikolari ħafna fit-teoriji ġodda tal-fiżika li ħareġ bihom Isaac Newton.

Kant kien influwenza kbira fuq il-ġenerezzjoni żagħżugħa ta' żmienu, bħal ngħidu aħna, il-ħassieba Ġermaniżi Fichte, Schelling, Hegel u l-kittieba Helder, Schiller, u Goethe.