Ilary Blasi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ilary Blasi (Ruma, 28 ta' April 1981) hija soubrette u preżentatriċi Taljana.

Werrej

[editja] Bijografija

Imwielda Ruma fit-28 ta' April 1981, hi ħdaet id-diploma fil-liċeo xjentifiku. Damet is-snin tgħix Ruma flimkien ma' familtha sakemm aktar tard marret tgħix Milan.

Bdiet il-karriera tagħha meta kellha tliet snin, f'reklam televiżiv flimkien mal-ġenituri tagħha. Meta kellha ħames snin kellha parti fil-film David and David, u fl-età ta' sitt snin kienet parti mid-direzzjoni tal-film ta' Franco Amurri Da grande u Vizio di vivere ta' Dino Risi. Fl-1988 ħadmet fil-film "Fiori di zucca" ta' Stefano Pomicia u La dolce casa degli orrori fl-1989 ta' Lucio Fulci.

Fl-2001 laħqet ċertu popolarità grazzi għall-programm Passaparola. Wara bdiet taħdem fl-istazzjon tar-RAI fi programmi bħal Top of the Pops, CD Live u Che tempo che fa. Fl-2006, ippreżentat il-Festival ta' Sanremo u fis-sajf ta' dik l-istess sena, ippreżentat flimkien ma' Christina Chiabotto u l-Mago Forest il-Festivalbar.

Mill-15 ta' Jannar 2007, bdiet tippreżenta l-programm ta' Italia 1, Le Iene, flimkien ma' Luca Bizzarri u Paolo Kessisoglu. Mit-13 ta' Settembru 2007 bdiet tikkonduċi, flimkien mal-Mago Forest, Mai dire Candid, programm ġdid tal-Gialappa's Band.

[editja] Ħajja privata

Nhar id-19 ta' Ġunju 2005, iżżewġet lill-futboler Francesco Totti, u għandhom żewġt itfal: Christian, li twieled f'Novembru tal-2005, u Chanel, li twieldet f'Mejju tal-2007.

[editja] Televiżjoni

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn