Festivalbar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Festivalbar hi kompetizzjoni Taljana tal-kant li ssir kull sena fis-sajf fil-pjazzez prinċipali ta' l-Italja bħal m'hi Piazza del Duomo f'Milan; l-ewwel edizzjoni saret fl-1964. Il-kompetizzjoni ssir matul is-sajf u l-fażi finali ssir fl-Arena ta' Verona wara 2-3 avvenimenti fi bliet oħra Taljani.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-oriġini fl-1964, il-kompetizzjoni bejn il-kanzunetti kienet issir mis-smigħ tal-kanzunetti nnifishom mill-juke-box li kienu fil-bars madwar l-Italja (l-isem tal-festival oriġina minn dan il-fatt). Il-manifestazzjoni kellha allura premjazzjoni finali, li mill-1968 saret serata vera u proprja televiżiva u kienet tiġi trażmessa fuq ir-RAI sa l-1982.

Mill-1983 'il quddiem, il-Mediaset bdiet ixxandar dan il-festival u l-format tagħha tbiddel u beda jiġi mxandar minn pjazza differenti kull ġimgħa madwar il-peninsula.

Il-promutur tal-festival kien Vittorio Salvetti. Wara mewtu fl-1998, il-festival waqa taħt ir-riedni tat-tifel tiegħu Andrea Salvetti, li baqa' jsaħħaħ il-festival fejn dan il-festival għadu ħaj sal-lum.

Kanzunetti rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]