Għajnuna:Gwida essenzjali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Għajnuna:Tutorjal)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bidu   Kif timmodifika   Kif tifformattja   Ħoloq tal-Wikipedija   Ċita tas-sorsi   Paġni ta' diskussjoni   Żomm f'moħħok   Reġistrazzjoni   Approfondimenti    

Gwida essenzjali tal-Wikipedija - Merħba!

Il-Wikipedija hi enċiklopedija modifikabbli fejn int tista' tikkontribwixxi fiha. Din il-gwida tgħinek issir Wikipedjan.

Il-paġni segwenti se jagħtuk gwida fuq l-istil u l-kontenut tal-artikli tal-Wikipedija, u jitkellmu fuq il-komunità tal-Wikipedija u politiki u konvenzjonijiet importanti tal-Wikipedija.

Dan huwa gwida essenzjali bażiku, u mhuwiex manwal estensiv. Jekk trid aktar dettalji, hemm ħoloq lejn paġni oħra għal aktar informazzjoni. Dawn il-paġni jkun fihom informazzjoni iktar estiża u preċiża minn dik li qed nippreżentaw hawn: mhux neċessarju taqrahom issa, avolja taf issibhom utli. Għalissa tista' tkompli b'din il-gwida essenzjali sabiex tieħu idea ġenerali.

Ser ikun hemm ħolqa għall-paġni li fihom tkun tista' tpoġġi fil-prattika dak li qed titgħallem: sfrutta din l-opportunità li tipprova dak li qed tara: ħadd m'huwa ser joġġezzjona għall-esperimenti tiegħek, għalhekk tista' tesperimenta bil-libertà kollha.