Għajnuna:Gwida essenzjali/Sorsi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bidu   Editjar   Ifformattjar   Ħoloq   Sorsi   Diskussjoni   Linji gwida   Konklużjoni    

Jekk iżżid informazzjoni lil xi artiklu, kun żgur li tinkludi r-referenzi tiegħek, hekk kif fatti li mhumiex referenzjati huma suġġetti li jiġu mħassra. L-aħjar hu li żżid ċitazzjonijiet interni sabiex edituri u qarrejja oħrajn jistgħu jivverifikaw l-informazzjoni li żidt. Barra minn hekk, assigura ruħek li s-sorsi li sibt huma affidabbli u ta' ċertu awtorità.

Noti fl-aħħar tal-paġna

L-aktar mod faċli li toħloq ċitazzjoni interna hu li tuża' noti fl-aħħar tal-paġna. Tista' tagħmel dan bl-użu tal-markup wiki billi żżid:

  • <ref>IS-SORS TIEGĦEK</ref>, tikketti ref madwar is-sors tiegħek u, jekk mhux diġà preżenti,
  • {{Referenzi}} jew <references/> taħt is-sezzjoni ==Referenzi== lejn tmiem il-paġna.

Jekk is-sors tiegħek huwa sit elettroniku, għandek toħloq ħolqa esterna lejn l-indirizz tas-sit. Tużax artikli oħra tal-Wikipedija bħala sorsi.

Sabiex toħloq ħolqa esterna fis-sors tiegħek, poġġi l-indirizz tas-sit (URL) f'parentesi kwadri qabel it-test li se żżid, bħal

  • <ref>[http://www.google.com.mt Mutur tat-tiftix Google]</ref>

Hi idea, minkejja li mhix bżonnjuża, li tipprovdi deskrizzjoni qasira eżattament wara l-indirizz tas-sit estern. Din id-deskrizzjoni se tidher fil-lista ta' referenzi bħala t-titlu tas-sit estern, minflok il-URL tas-sit.

Sabiex tiċċita sit elettroniku mingħajr deskrizzjoni, tista' tipprovdi l-URL u tagħmilha ġo tikketti ref, per eżempju

  • <ref>http://www.google.com.mt</ref>

Is-sezzjoni tal-ħoloq esterni

Diversi artikli tal-Wikipedija għandhom sezzjoni separata imsemmiha Ħoloq esterni. Din is-sezzjoni hi biex torbot lejn websajts b'informazzjoni ulterjuri sinjifikanti u affidabbli fuq is-suġġett tal-artiklu. Mhux kull ħolqa esterna hi approprjata għall-użu tagħha f'artiklu tal-Wikipedija. Ara Wikipedija:Ħoloq esterni għal linji gwida.

Bejn par parentesi kwadri daħħal il-URL sħiħ tal-ħolqa, segwita minn spazju u t-test li se jidher, per eżempju:

[http://www.google.com.mt Mutur tat-tiftix Google]

se juri dan:

Mutur tat-tiftix Google
Li jmiss: Diskussjoni