Folklor

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-istudju tal-folklor jiġbor fih l-istħarriġ tal-għerf, drawwiet, tradizzjonijiet orali u artistiċi li nsibu fi ħdan xi komunità jew settur ta’ komunità li jkollha xi aspett komuni bejnietha. Dan is-settur jista’ jkun xogħol, residenza, lingwa jew identità etnika.

Il-qofol tal-folklor huwa n-natura spontanja u organika tiegħu. Dan ifisser li huwa r-riżultat ta’ l-esperjenzi u l-interpretazzjonijiet ta’ l-esperjenzi ta’ persuna li b’xi mod ikunu mdaħħla f’interazzjoni soċjali.

Żviluppi li saru dan l-aħħar fl-analażi ta’ miti u aspetti ta’ lingwistika u antropoloġija taw sehem importanti fl-istudju tal-folklor bħala eżaminazzjoni ta’ ħolqien ta’ sistemi folk ta’ interpretazzjoni u espressjoni tar-realtà.

Il-folklor huwa meqjus bħala l-fdal ta’ drawwiet qodma li baqgħu jgħixu barra minn żmienhom. Ħafna drabi dawn id-drawwiet li jinassu huma marbutin ma’ klassi soċjali speċifika, magħrufa bħala l-folk. Ħafna jassoċjaw element romantiku ma’ din il-kelma minħabba li min-natura tagħha ġib sens ta’ nostalġija għall-imgħoddi. F’pajjiż żgħir bħal Malta, il-folklor jitqies bħala aspett importanti ħafna fit-tiswir ta’ l-idenità Maltija. B’xi mod nistgħu ngħidu li l-folklor jiġbor fih modi ta’ għajxien imxierka li fihom jieħdu sehem ġemgħat speċifiċi ta’ individwi u b’hekk jikkonsolidaw il-kultura tagħhom. B’kultura hawnekk nifhmu modi ta’ għajxien imxierek.olki Studjuzi tal-folklor Malti, fosthom Ġuże Cassar Pulicino, jippruvaw ta’ sikwit jiskopru l-oriġini tal-folklor Malti, b’enfasi partikolari fuq l-oriġini Romanza jew l-oriġini Semitika ta’ dawn l-istess drawwiet.

Sqallija, l-Italja u Spanja kif ukoll Rodi jitqiesu bħala l-pajjiżi ta’ l-oriġini ta’ l-element folkloristiku romanz fil-kultura Maltija. Il-ħakma Għarbija, mhux biss qabel il-miġja tal-Konti Ruġġieru u t-tkeċċija definita tagħhom minn Federiku t-II, imma anke wara, saħansitra fi żmien il-kavallieri ta’ San Ġwann, meta ċerti tregwi kienu jwasslu biex f’Malta jinżlu t-Torok biex jinnegozjaw mal-maltin, il-preżenza tal-Mori, kif ukoll il-prezz ta’ l-ilsiera, min-naħa l-oħra, huma meqjusa bħala dawk li wasslu għall-preżenza Semitika fil-folklor Malti.