Diskussjoni mudell:Lokalità

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Dettalji żgħar[immodifika s-sors]

Roderick, tinsiex l-aċċent fit-tarf tal-kelma Lokalità. Tassew għoġbitni t-templata/templejt(?) li ħejjejt. Xtaqt niġbidlek l-attenzjoni wkoll għal Area li, ma ninsewx, bil-Malti tinkiteb Erja. Ma nafx hijiex idea rilevanti, imma fit-tabella tista' żżid fillieri għall-ismijiet mogħtija mill-Gran Mastri għall-Ibliet eż. Città Hompesch, Città Beland eċċ. --Ferdinand 06:49, 17 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ħafna tal-kummenti Ferdinand.
(1) Rigward l-aċċent fuq l-a: Naf bih u nfatti llum inbiddlu daqsxejn. It-template lbieraħ ħlistu tard flgħaxija u biex ngħidlek il-verità għamiltu iktar biex ikolli bażi fuq xiex naħdem illum. Jiġifieri ċerti rqaqat ħallejthom barra intenzjonalment.
OK (2) Rigward l-ismijiet relatati ma' Gran Mastri: Proposta nteressanti. Ta' min jinkludihom ukoll fil-lista.
(3) Area vs. Erja: Din għandu naqra ta' dilemma fuqha. Jien personalment meta jkolli nuża ċertu kliem tekniku ħa nisselfu mit-Taljan u mhux mill-Ingliż (għax hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan). Allura l-kelma personalment ma naqrahiex bħala Erja iżda Area (minn it. Area). Irrid niċċekkja sew fuqha u għalissa nissuġġerixxi li nħalluha hekk sakemm ikollna risposta definittiva. Saħħa - --Roderick Mallia 07:51, 17 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]
Nota personali: Dan it-tkissir ta' kliem Ingliż biex jiġi wżat fil-Malti ma nistax għalih!. Din bħal meta rajt imejl minflok e-mail jew guwgill minflok google. Ma taħshbux li ridikola? U meta ħa nindunaw li l-Malti u l-Ingliż ma jistgħux jitħalltu u niddeċiedu li nissellfu mit-Taljan, kif u sewwa u xieraq? Xejn personali Ferdinand, taħseb li qed ngħid għalik. Din hija biss opinjoni tiegħi li naħseb li tagħmel sens.



Bl-ebda mod ma jien se niċħadlek id-dritt għall-opinjoni tiegħek. Bħalek jien għamilt żmien twil b'xaqliba jew simpatija lejn it-Taljan, li għadha hemm fil-fond, x'imkien, li però tgħallimt nikkontrollaha. Skond is-simpatiji, l-argument tiegħek hu validu, imma skond il-lingwistika (antika u moderna) fa acqua da tutte le parti (bir-rispett kollu, ovvjament). Dak li inti ssejjaħlu tkissir m'huwa xejn għajr tagħġin jew insiġ morfoloġiku. Bħalek, u bħal ħafna nies oħrajn, meta kont nara bejbi, ħendawt, ej-wann, ffowkisja, websajt, barbikju eċċ. kont niddarras u ġieli naqbad nidħak. Imma dan hu prinċipju li: 1) jimxi mar-regoli tal-kitba bil-Malti!! 2) ilna nużawh għomor (biex ma ngħidx minn żmien żemżem). Ejja nieħdu pajjiżi, kelma mnissla mit-Taljan, bħala eżempju: taħseb inti li l-ewwel Maltin li kienu jafu l-kontroparti paesi ma nġibdux lura meta rawha miktuba hekk? Dan jgħodd għal eluf ta' kliem ieħor.

Rigward kliem tekniku ħa nisselfu mit-Taljan u mhux mill-Ingliż (għax hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan), tagħmel sew, fl-opinjoni tiegħi, li l-ewwel tipprova tmur għall-ekwivalenti fit-Taljan u meta ma ssibux, għaliex it-Taljan wara kollox mhux il-lingwa tant rikka li wħud minna jaħsbu, anzi mimli self (bħal kull ilsien ieħor f'kuntatt) li jitħalla skond il-lingwa oriġinali u li qiegħed joħloq abbiss ta' tgerfix - ir-relazzjoni rigoruża bejn il-fonolġija u l-grafija tat-Taljan sejra, jekk mhux diġà marret, il-baħar; għadni niftakar lekċerer Taljana ssemmi student tagħha li l-kelma Taljan 'abside' beda jaqraha 'ebsajd' daqs li kieku kienet Ingliża 100%. Dwar hekk titlob ir-regola u għax is-sens komun jgħidli li l-Malti u l-Ingliż mhux relatati, kuntrarju għall-Malti u t-Taljan) ma nafx liema regola hi din. Is-sens komun tiegħek sabiex ma jkunx tiegħek biss imma jkun tassew komun (għaliex ta' komunità sħiħa) għandu bżonn jissaqqa minn ftit qari dwar il-lingwistika. Jekk għalik il-Malti u l-Ingliż mhumiex relatati mela xi ngħidu għan-nom ċippa (mnissel minn chip) li tant sar Malti li żżejjen bil-plural miksur ċipep; jew għal briks (minn brick) li ħa r-regoli tal-kollettiv tal-Malti (li la fl-Ingliż u lanqas fit-Taljan ma jeżistu) u ħoloq briksa, briksiet; jew għall-verb iddawnlowdja (minn to download) - u l-verbi l-oħrajn kollha bħalu - li jieħu l-persuni kollha fii-Perfett u l-Imperfett daqs kull verb ieħor Semitiku (biex ma nsemmix il-partiċipju passiv iddawnlowdjat, in-nom verbali dawnlowdjar)? Jekk nimxu bil-kejl tiegħek, lanqas il-verb fajjar, li, ma nafx tafx, huwa mnissel minn to fire, ma nistgħu nużaw.

Dwar il-kwistjoni jekk area taqrahiex 'erja' jew 'area' - l-kelma personalment ma naqrahiex bħala Erja iżda Area (minn it. Area) - tirrisolvi ruħha malajr. Inti ma tridx tara sa mnieħrek imma x'tgħid il-kotra l-kbira! X'tgħid il-kotra nsiru nafuh permezz ta' esperimenti lingwistiċi imma wkoll b'eżerċizzju eħfef, billi niftħu 'l Aquilina u nsibu l-entrata erja f'p 283 (fil-ktieb mill-A-L). Fil-lingwistika nitgħallmu li n-nies kemmildarba jaħsbu li kelma ma jużawhiex imma fil-prattika taqbadhom jużawha. Forsi erja f'sens ta' żona tlissinha area bħat-Taljan, imma meta kont l-iskola u l-għalliem kien jitlobkom tikkalkulaw il-perimetru u l-erja, xi ssejħilha?

Parir żgħir: mhux la kemm issib it-terminu bit-Taljan (li tħossok aktar komdu tuża) imma trid tuża dak li n-nies jifhmu u iktar u iktar dak li huma jużaw ta' kuljum.

Id-diskors ma jieqaf qatt kieku kelli nibda. Tinsiex tieqaf taħseb fuq il-fenomenu l-ieħor li qiegħed jolqot lill-Malti: mela għandna date fl-Ingliz li tissarraf f'data (għal kemm għandna mix-xahar) u dejt (għal appuntament bejn namrati jew għarajjes), to trace tagħti ttraċċa (sab it-traċċi ta') u ttrejsja (ħażżeż b'lapes biex jikkopja stampa, kitba, eċċ. fuq karta oħra), paper tagħti karta u pejper (studju ta' ngħidu aħna professur; relazione fit-Taljan).

Tinsiex li la qiegħed tuża l-Malti għax-xandir, ħaddmu b'għaqal billi tagħraf meta ma tmurx għall-Ingliż mill-ewwel u meta m'hemmx triq oħra jekk trid tiftehem għalkollox. Nittama li kont ċar. --Ferdinand 08:20, 18 Settembru 2005 (UTC)[wieġeb]

Diskussjoni mmexxija fil-Pjazza

Użu tat-template[immodifika s-sors]

Din it-template se tintuża għall-irħula u l-ibliet Maltin, jew inkella hi waħda ġenerali? Chrisportelli 07:06, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Din propjament ħloqtha għal-lokalitajiet Maltin, però ma nara l-ebda ħażen jekk nużawha wkoll għall-pajjiżi u lokalitajiet barranin, imqar bħala bażi. Ħafna mix-xogħol diġà lest, u t-tieni nett, naħseb li ma nkunux qed nagħmlu ħażin jekk inżommu ċertu konsistenza fl-użu tal-mudelli. Jiġifieri, jekk taqblu intom ukoll, nistgħu nużaw dan il-mudell bħala bażi, kemm bħala kulur u kollox, u ovvjament inżidu s-sezzjonijiet skond il-ħtieġa. --Roderick Mallia 10:01, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Jien naqbel li nużaw lilha. Ma narax il-bżonn li noqgħodu nagħmlu diversi templates għalxejn, jekk fl-aħħar mill-aħħar iservu għall-istess funzjon. M'hemmx bżonn lanqas li nżidu numru kbir ta' sezzjonijiet ġodda; inżidu biss dawk neċessarji ;) Chrisportelli 10:10, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Eżatt! Naqbel perfettament Chris! :) --Roderick Mallia 12:02, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Naqbel mal-kunċett li nżommu konsistenza fix-xogħol tagħna però it-template ma tantx togħġobni biex inkun onest u nemmen li hemm xi affarijiet xi rridu naqa editjar, speċjalment dak il-kulur ċilesti li tant jolqot l-għajnejn. Barra minn hekk l-isem tal-abitanti għandha tkun fit-tieni filiera bejn Isem uffiċjali u l-istampa/mappa. --Gian 13:15, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Fuq il-pożizzjoni ta' xi sezzjonijiet dawk jiġu deċiżi wara u m'hemmx problema lanqas. Jien għalija l-kulur vera jaqbel u fl-aħħar mill-aħħar, anke jekk forsi xi drabi nispiċċaw nikkupjaw xi template fuq xi Wikipedija oħra u nużaw għalina, naħseb li għandna nżommu lok tal-kreattività tagħna. Mhux qed ngħid li dan hu ħażin, anzi, xi kultant ikollna bżonnhom, u lanqas m'jien qed ngħid li mhemmx bżonn li nikkupjaw, għax jien stess għamilt it-tag class="infobox geography vcard". Imma nħallu wkoll l-kreattività tagħna; prosit rod tat-template għax vera template li minkejja li sempliċi togħġboni ħafna. Nerġa' naqbad fuq il-kulur, naħseb il-kulur ċelesti qed jidħol f'ħafna templates u naħseb li hemm bżonn li nbiddlu wkoll l-kulur... suġġeriment hu li nagħqdu s-sezzjoni lonġitudni u latitudni. Chrisportelli 14:05, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Grazzi Chris. Gian naħseb li mhijiex xi probelma ta' barra minn hawn. Dawk affarijiet li jistgħu jiġu deċiżi fi żmien ftit minuti. Barra minn hekk, jien ma nsib l-ebda problema li nibdlu l-kulur jew nimmodifikaw dak il-mudell skond il-ħtiġijiet u l-gosti tagħna, jiġifieri, jekk hemm xi ħadd li jixtieq jimmodifikah, jista' jagħmel dan bil-libertà kollha. Jekk imbagħad dak li jkun iħalli spjega żgħira talli twettqu dawk il-modifiki, tant l-aħjar għax jaf ikun hemm min ma jaqbilx mal-idea u/jew ikollu idea aħjar. Il-ħidma t-tajba! --Roderick Mallia 17:31, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


X'taħsbu li kieku fuq fejn hemm l-isem tal-lokalità (fuq nett), fuq in-naħa xellugija nagħmlu l-bandiera ta' l-istat/pajjiż. Jekk nagħmlu hekk, imbagħad ikun hemm bżonn li nagħmlu sezzjoni oħra għall-istat/pajjiż? ...Pruvajt indaħħal t-tag {{#if: }} imma t-template tħawdet daqxejn; jista' xi ħadd jipprova jdaħħalhom? Chrisportelli 07:00, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]