Diskussjoni Wikipedija:Laqgħat

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Raġuni għala poġġejta bħala parti mill-proposti għat-tħassir:

Naħseb il-pjazza tista' isservi bħalha lok ta' diskussjoni għal xi laqgħat oħra jekk xi darba jkun hemm bżonn. Ma narax għalfejn ikollna paġna seperata. Barra minn hekk meta jkollna bżonn nagħmlu diskussjoni aktar importanti nistgħu nagħmlu użu minn skype u affarijiet hekk, ma narax għala rridu noqgħodu niltaqgħu meta hawn it-teknoloġija.

Barra min hekk hemm pjan li titnadaf il-pjazza u rikjesti ta' bots u affarijiet hekk ma jibqgħux jiġu amministrati hemmhekk iżda fiċ-ċentru tal-bots. B'hekk il-pjazza se tiġi aktar post tal-komunità milli post amministrativ f'dan il-qasam.

Grazzi

--Gian 08:08, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien nibqa' xorta ta' l-idea li post id-diskussjoni fuq laqgħat li jistgħu jsiru fil-futur imorru f'paġna differenti mill-pjazza. Il-Pjazza tiffunzjona bħala mezz biex jiġu diskussi problemi tekniċi, politiki, u dak li għandu x'jaqsam mat-titjieb u diffikultajiet fil-paġni tal-Wikipedija. Barra minn hekk noħolqu speċi ta' distrazzjoni jekk niktbu dwar xi laqgħa qalb diskussjonijiet dwar artikli u paġni. Paġna separata hi l-ideal għal dan il-każ. F'din il-paġna nistgħu niddiskutu kemm irridu fuq il-laqgħat, u b'hekk ma naħlux spazju fuq il-pjazza. Chrisportelli 08:13, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Jekk għandhek xi argument li tixtieq tipproponi kontra xi politika, tista' tagħmila fil-paġna tad-diskussjoni ta' dik il-paġna tal-politika stess. Problemi tekniċi posthom mhux fil-pjazza, dawk jiġu amministrati billi tagħmel kuntatt ma' amministratur jew ma' burokrat mhux mal-komunità sħiħa. (issa noħolqu paġna sabiex ikunu nistgħu namministraw problemi hemmhekk). Problemi dwar spellings u hekk hija oġġett dwar kif il-komunità taraha għalhekk għandha tibqa' fil-pjazza. Ma narax għala il-pjazza għandha tibqa' post biex niddiskutu l-ispelling biss. Issa nipproponi dan il-kontenut ta' din il-paġna jiġi preservat u inmexxi fl-arkivji tal-pjazza, aktar il-quddiem. Dan huwa kollu parti mill-isforz sabiex ċentri amministrativi u ċentri tal-komunità jiġu seperati.

X'taħseb?

--Gian 08:22, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Din il-paġna m'għandhiex għalfejn titħassar. L-ewwelnett hija parti mill-attività Wikipedjana u t-tieni nett, ġbir ta' minuti u proposti waqt laqgħat ta' veru għandhom jiġu arkivjati hawnhekk. --Roderick Mallia 09:58, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien qatt ma sostnejt li l-kontenut ta' din il-paġna għandha titħassar, għal kuntrarju, mintiex tifhimni sieħbi. Jien tal-parir li din il-paġna titħassar iżda l-kontenut tagħha titmexxa għal pjazza għax ma nara l-ebda raġuni għala din għandha jkollha paġna għalija. Ftakar li l-pjazza sservi bħalha ċ-ċentru tal-komunità fejn jiltaqgħu "virtwalment", u jekk tista' ssir "realment" tant aħjar.

Issa dwar ġbir ta' minuti.. jien mhu qiegħed nara l-ebda minuti hawnhekk, kull mhu qiegħed nara L-Aġenda l-bqija xejn. Minuti għandha tinkudi: L-Aġenda, Il-Ħin ta' meta bdiet il-laqgħa u spiċċat u d-diskussjonijiet kollha li saru u id-deċiżjonijiet kollha li saru. Jien mhu qiegħed xejn minnu dan. Fejn huma? --Gian 11:27, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

La jkollna laqgħa sura, ikollna l-minuti wkoll. Dejjem jekk il-laqgħa tkun dwar il-Wikipedija, ovvjament. S'issa kellna biss laqgħa waħda informali u għaldaqstant kulma hemm inkluż min attenda u fejn saret. Ma kienx hemm il-bżonn li jittieħdu minuti dettaljati dwar kif u x'fatta għax ma ntqal xejn ta' natura importanti. Kien iktar eżerċizzju biex niffamiljarizzaw ruħna ma' xulxin u naraw min kienu n-nies li qed jaħdmu minn wara l-iskrins tagħhom. Kif qed tgħid int stess, il-pjazza hija iktar virtwali u fuq kollox, ma tistax issejjaħ id-diskursati tal-pjazza bħala laqgħat virtwali għax huma kważi kważi iktar immudellati fuq forum. Għalhekk naħseb li għandha tinżamm din il-paġna għal laqgħat oħra u għal ftehim tal-laqgħat. Il-pjazza ta' min inħalluha għal affarijiet iktar diretti. --Roderick Mallia 11:57, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]