Opossum ġurdien tat-Tramuntana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Riindirizzat minn Caenolestes convelatus)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Opossum ġurdien tat-Tramuntana
Caenolestes convelatus.JPG
Opossum ġurdien tat-Tramuntana Caenolestes convelatus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Paucituberculata
Familja: Caenolestidae
Ġeneru: Caenolestes
Speċi: C. convelatus
Isem binominali
Caenolestes convelatus
Anthony, 1924
Caenolestes convelatus distribution map.PNG
Firxa ta' Caenolestes convelatus

L-Opossum ġurdien tat-Tramuntana (Caenolestes convelatus), huwa mammiferu marsupjal notturnu u solitarju, pjuttost rari, li jgħix fin-naħa ta' fuq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Werrej

Deskrizzjoni [editja]

Din l-ispeċi hija simili ħafna tal-ispeċi l-oħra li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes} speċjalment tal-opossum ġurdien ta' żaqqu griża (Caenolestes caniventer).

L-opossum ġurdien tat-Tramuntana jingħaraf minn dak ta' żaqqu griża mid-daqs akbar tad-dras u mid-daqs iżgħar jekk mhux in-nuqqas totali tat-tieqa antorbitali. Dan għandu l-pil qasir u folt ta' lewn ftit aktar skur minn ta' l-opossum ġurdien ta' żaqqu griża u wiċċ twil għall-ponta mgħammar b' par għajnejn żgħar, b' par widnejn tondi.

It-tul totali huwa ta' 256 millimetru, ir-ras u l-ġisem 132 millimetru u d-denb ta' 124 millimetru ieħor, filwaqt il-piż totali huwa ta' madwar 45 gramma.

In-nisa ta' dan il-marsupjal bħal l-ispeċijiet kollha ta' l-ordni Paucituberculata ma għandhomx marsupju.

Dieta [editja]

L-Opossum ġurdien tat-Tramuntana huwa marsupjal karnivoru u jiekol varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.

Distribuzzjoni [editja]

L-Opossum ġurdien tat-Tramuntana jinsab biss f' 2 pajjiżi, u kull wieħed għandu popolazzjoni għalih. Hemm popolazzjoni minnhom fit-Tramuntana tal-Ekwador u l-popolazzjoni l-oħra fit-Tramuntana tal-Kolombja. Dawn il-popolazzjonijiet huma ġeografikament mifrudin.

Klassifikazzjoni [editja]

Konservazzjoni [editja]

Din l-ispeċi, fil-lista l-ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) qegħdha mniżżla bħala fi stat ta' riskju baxx ta' estinzjoni.

Referenzi [editja]

Ħoloq esterni [editja]