Bieb is-Sultan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bieb is-Sultan
bieb
Parti minnSwar tal-Kottonera Immodifika
Twaqqaf1675 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabBirgu Immodifika
Koordinati35°52′49″N 14°31′46″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
ArkitettRomano Carapecchia Immodifika
Stil arkitettonikuarkitettura barokka Immodifika
Heritage designationGrad 1 Immodifika
Indirizz stradaliTriq il-Kottonera, Birgu Immodifika
Sit uffiċjalihttp://notredamegatemalta.weebly.com/ Immodifika
Map

Il-Bieb ta' Notre Dame (bit-Taljan: Porta della Maria Vergine delle Grazie), magħruf ukoll bl-Ingliż bħala Cottonera Gate, jew komunament il-Mina ta' Ħaż-Żabbar inkella Bieb is-Sultan huwa l-bieb prinċipali tas-Swar tal-Kottonera f'Malta. Il-bieb inbena fl-1675 fuq stil Barokk, u issa jintuża bħala l-kwartieri ġenerali tal-Fondazzjoni Wirt Artna.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kostruzzjoni tas-Swar tal-Kottonera bdiet f'Awwissu 1670, meta kien hemm il-biża' ta' attakk Ottoman wara l-waqgħa ta' Kandja. Il-Bieb ta' Notre Dame nbena fl-1675 bħala l-bieb prinċipali tas-swar, u d-disinn tiegħu huwa attribwit jew lil Romano Carapecchia[1] inkella lil Mederico Blondel.[2] Il-bieb jinsab ġewwa l-Purtiera ta’ Notre Dame, bejn is-Swar ta' Notre Dame u ta’ San Ġakbu, faċċata tal-belt ta’ Ħaż-Żabbar. Jinsab fl-ogħla punt taż-żona tal -Kottonera, u l-bejt tiegħu kien jintuża biex iwassal sinjali bejn il-Belt Valletta u d-difiżi kostali fl-inħawi tal-Lvant ta’ Malta.[3] Il-bieb kien oriġinarjament protett minn foss u tenaille.[1]

Bieb is-Sultan minn wara

Il-bieb baqa' jintuża matul is-snin tal-ħakma tal-Kavallieri, il-Franċiżi u l Imperu Brittaniku. Il-bieb bil-mod serva bħala aġġunt għall-Isptar Militari tal-Kottonera (illum il-Kulleġġ San Edward's) wara li nbena fl-1870. Diversi suldati midruba ġew akkomodati fil-binja tal-bieb matul l-Ewwel Gwerra Dinjija[3]

Il-foss tal-bieb kien mirdum u l-pont levatur tneħħa xi żmien wara t-tletinijiet tas-seklu għoxrin,[4] filwaqt li t-tenaille twaqqgħet.[1] Il-bieb sofra xi ħsarat waqt bumbardament mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija, meta splodiet bomba diretament fuq waħda mill-blokki tal-kwartieri.[3]

Fil-bidu tas-seklu 21, il-Bieb ta’ Notre Dame ġie mgħoddi lill-Fondazzjoni Wirt Artna, li mexxew l-uffiċċji prinċipali tagħhom għall-parti ta’ fuq tal-bieb lejn l-aħħar tal-2005.[5] Minn dakinhar il-fondazzjoni wettqet numru ta’ xogħlijiet ta’ restawr f’partijiet tal-bieb, [6] li issa huwa miftuħ għall-pubbliku darba fil-ġimgħa.[3]

Il-bieb kien inkluż fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925, flimkien mal-kumplament tas-Swar tal-Kottonera.[7] Issa huwa skedat bħala monument nazzjonali ta' Grad 1, u huwa wkoll elenkat fl- Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.[1]

Arkitettura[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bieb ta’ Notre Dame huwa mibni fl-istil Barokk, u għandu ħames livelli, u jinkludi kmamar taħt l-art, żewġ blokki ta’ kwartieri, u sovrastruttura li tikkonsisti f'loġġa mibnija fuq żewġ livelli, veranda u bejt għas-sinjalazzjoni. Il-faċċata monumentali hija mżejna b'pilastri Korintji, u għandha parti mill-faċċata miksija b'trofew tal-armi madwar bust tal-bronż tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner u plakka tal-irħam bi skrizzjoni bil-Latin.[3]

Il-bust inħadem minn Pietro Sances ta’ Messina fis-snin sebgħin tas-seklu 17, u huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar xogħlijiet importanti tal-arti fil-bronż f’Malta. Waqt l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta, il-bust ittieħed mill-Franċiżi, iżda ġie rritornat lejn Malta mill-Ingliżi. Kien hemm xi tentattivi falluti biex jinsteraq fis-snin sittin tas-seklu 20, u ġie rrestawrat bejn l-2004 u l-2008 [4]

Aktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Attard, Anton (2006). "Birgu: Città Vittoriosa" (PDF). Qrendi; Malta: A Birgu Local Council Publication, Bestprint Co. Ltd. pp. 52–53.
  • Cutajar, Tony C. (2008). Il-Misteru ta' Bieb is-Sultan. Book Distributors Limited. ISBN 978-99909-93-95-0.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d "Notre Dame de la Grace Gate – Cottonera Lines" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-19 August 2016. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name "nicpmi" defined multiple times with different content
  2. ^ "Open day at Bieb is-Sultan". Times of Malta. 30 October 2004. Arkivjat minn l-oriġinal fl-21 September 2016.
  3. ^ a b ċ d e "Explore Notre Dame Gate" (PDF). Fondazzjoni Wirt Artna. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-21 September 2016.
  4. ^ a b Galea Debono, Fiona (3 June 2008). "Bieb is-Sultan gets its king back". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-20 September 2016. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name "times2008-06-03" defined multiple times with different content
  5. ^ "Cotoner bronze restoration completed". Times of Malta. 17 December 2006. Arkivjat minn l-oriġinal fl-21 September 2016.
  6. ^ "Historic Notre Dame Gate apertures being restored". Times of Malta. 19 October 2006. Arkivjat minn l-oriġinal fl-7 April 2015.
  7. ^ "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". Malta Environment and Planning Authority. Arkivjat minn l-oriġinal fl-19 April 2016.