Ġeroglifiċi Eġizzjani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ġeroglifiċi fuq it-tempju ta' Kom Ombo

Ġeroglifiku hu karattru tal-eqdem kitba Eġizzjana.

Il-kitba ġeroglifika Eġizzjana hi figurattiva: il-karattri li jagħmluha jirrappreżentaw oġġetti varji, — naturali jew magħmulin mill-bniedem — bħal pjanti, xbihat ta' allat, bnedmin u annimali .... L-eġittoloġi tradizzjonalment jiddistingwu tliet kategoriji ta' karattri: Il-karattri-kliem (jew ideogrammi), li jfissru oġġett jew, permezz tal-metonimija[1], azzjoni, il-karattri fonetiċi (jew fonogrammi), li jikkorrispondu għal konsonanti waħda jew sensiela ta' konsonanti [2] ; id-determinattivi, karattri "siekta" li jindikaw il-qasam lessikali li tappartieni għalih il-kelma.

Il-kitba ġeroglifika dehret fl-aħħar tar-raba' millenju qabel l-epoka tagħna fl-Eġittu l-Għoli (fin-nofsinhar tal-pajjiż) u ntużat sal-epoka Rumana, jiġifieri għal aktar minn tlett elef sena. L-għarfien tal-ġeroglifiċi ntilef meta l-imperatur Teodożju I għalaq il-postijiet ta' qima pagana madwar it-380, u kien meħtieġ il-ġenju ta' Jean-François Champollion wara l-iskoperta tal-iStele ta' Rosetta[3] biex jikser, wara erbatax-il seklu, dak li kien qiesu "siġill fuq fomm id-deżert" [4].

Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kelma ġeroglifiku ġejja mill-Grieg ἱερογλύφος / jeroglufos, iffurmata minn ἱερός/ jeros ("imqaddes") u γλύφειν/ glufein" ("tnaqqix").

Fl-epoka Greko-Ruman, kienet tfisser "wieħed li jonqox il-ġeroglifiċi" u mhux il-ġeroglifiċi nfushom, li huma τὰ ἱερογλυφικά (γράμματα)/ tà jeroglyfiká (grámmata), jiġifieri "il-karattri mqaddsa imnaqqxin" fuq il-monumenti (stele, tempji u oqbra). Fl-aħħar, saret bidla fit-tifsira, il-kelma ġeroglifiċi spiċċat biex tfisser il-karattri ġeroglifiċi stess.

L-Eġizzjani nfushom kienu jsejħu l-kitba medu-netjer ("kelma divina") li fit-traskrizzjoni hi mdw nṯr :

R8S43Z3

It-terminu ġeroglifiċi illum twessa' fit-tifsira tiegħu u sar jintuża għal kitba oħra li tuża l-istess prinċipju logografiku bħall-Eġizzjan. Hekk, wieħed jgħid ġeroglifiċi Ħittiti jew ġeroglifiċi Maja. Min-naħa l-oħra ma nistgħux insejħu l-karattri Ċiniżi ġeroglifiċi (dawn huma sinogrammi). Ġeroglifiċi bħas-sinogrammmi jappartienu għal-grupp iżjed vast ta' logogrammi (li m'għandniex inħalltuh ma l-logotipi, simboli speċifiċi għal intrapriża jew prodott.)

Storja u evoluzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-aħħar iskrizzjoni ġeroglifika magħrufa, Bieb ta' Adrijanu ġo Philae

Il-kitba ġeroglifika insibuha mir-raba' millenju QK: l-iskrizzjoni l-aktar antika ġiet skoperta fl-1992 fuq qabar fis-sit antik ta' Abydos, u tmur lura għas-snin 3250/3200 QK[5], jiġifieri fl-istess ħin meta dehru l-karattri kunejformi fil- Mesopotamja. Kienet tintuża għal aktar minn 3000 sena: l-aħħar iskrizzjoni magħrufa s'issa għandha d-data tal-24 ta' Awissu 394, u tinsab fil-tempju ta' Philae [6].

Mill-Imperu Antik Eġizzjan 'l hawn[7], l-Eġizzjan ġeroglifiku kien sistema ta' kitba li fiha kien hemm imħallta l-ideogrammi, karattri tal-konsonanti (unilitteri, bilitteri u anki trilitteri) u d-determinattivi (ara iżed 'l isfel). Mit-tmintax id-dinastija Eġizzjana 'l hawn, l-iskribi kienu jużaw ċertu numru ta' karattri bilitterali bħala sillabarji (sȝ, bȝ, kȝ eċċ. ) biex jittraskrivu l-ismijiet semitiċi jew ta' nisel semitiku, iżda l-kitba msejħa sillabika ma ġietx minn dan il-qasam.

Kienet x'kienet il-funzjoni tagħhom, il-karattri kienu dejjem figurattivi: kienu jirrappreżentaw xi ħaġa tanġibbli, ta' spiss tingħaraf faċilment, anke minn xi ħadd li ma jkunx jaf it-tifsira tal-karattru. Fil-fatt, fid-disinn tal-ġeroglifiċi, l-Eġizzjani ħadu l-ispirazzjonu minn madwarhom: oġġetti ta' ħajja ta' kuljum, annimali, pjanti, partijiet tal-ġisem. Matul l-epoka tal-Imperu Antik, l-Imperu Nofsani u l-Imperu l-Ġdid kien hemm madwar seba' mitt karattru ġeroglifiku, waqt li fl-epoka Greko-Rumana, kien hemm aktar minn sitt elef.

Il ġeroglifiċi kienu minquxin fuq il-ġebel jew fil-każ tal-kitba jeratika, imħażżin bil-kalami[8] u l-linka fuq materjal inqas durevoli.

L-użu ta' ġeroglifiċi minquxin deher qabel il-Ċiviltà Fargħunija, u hekk m'għandux x'jaqsam mal-ħtiġijiet amministrattivi ta' stat fil-formazzjoni tiegħu. Kien limitat għal oqsma fejn l-estetika u/jew il-valur ta' kliem maġiku kienu importanti: formoli ta' offerti, affreski funerarji, testi reliġjużi, iskrizzjonijiet uffiċjali. Il-kitba kienet għall-ewwel tikkonsisti f’isktrizzjonijiet qosra – titli li jirreferu għal sovran, battalja, kwantità, imbagħad madwar l-2700 QK, matul il-renju tal-Fargħun Netjerikhet notevoli għall-iżvilupp tal-funzjonijiet reliġjużi u r-riti funerarji, bdew jiżviluppaw frażi mibnija li nsibu l-iżjed fil-piramidi.

Ħajt tat-Tempju ta' Ombo Kom

Wara ż-żmien li ħadet is-sistema ta' kitba tat-tip ġeroglifiku biex tiżviluppa, nistgħu niddistingwu erba' fażijiet ta' evoluzzjoni (u ta' semplifikazzjoni progressiva) ta' din il-kitba: wara l-fażi ġeroglifika, tiġi l-fażi tal-ġeroglifiċi linjari, imbagħad tiġi dik tal-kitba jeratika, imbagħad tmiss dik tal- kitba demotika, u fl-aħħar jiġi l-Koptiku, bħala l-aħħar pass tal-proċess ta' astrazzjoni u semplifikazzjoni.

L-ewwel semplifikazzjoni tas-sistema ta' kitba Eġizzjana li jiddistingwu l-Eġittoloġi, hi dik tal-ġeroglifiċi linjari. Dawn żammew l-aspett figurattiv tal-ġeroglifiċi minquxin, iżda huma mpinġijin b'inqas reqqa minn dawk tal-aħħar. Il-ġeroglifiċi linjari huma l-ewwel pass lejn l-astrazzjoni ta' din is-sistema ta' rappreżentazzjoni. Kienu jpinġuhom fuq is-sarkofagi tal-injam u l-papiri tal-"kotba tal-mejtin".

Il-kitba jeratika jew saċerdotali, it-tielet stadju tal-evoluzzjoni tas-sistema ta' kitba Eġizzjana, hi l-forma kursiva tagħha u kienet ristretta għal dokumenti amministrattivi u dokumenti privati. Kienu jiktbuha bil-pinzell fuq l-ostraka (biċċiet tal-fuħħar jew ġebla tal-franka), twavel żgħar tal-injam jew, aktar rari fuq il-papiru u l-parċmina, li kienu jqumu ħafna iżjed.

Mill-epoka Sajitika (is-sittax-il dinastija Eġizzjana), il-jerartika kienet parzjalment sostitwita minn kursiva ġdida, id-demotika jew tal-poplu. Din hi semplifikazzjoni estrema tal-jeratika, riżervata għall-atti amministrattivi u dokumenti tal-ħajja ta' kuljum u għalhekk issemiet "popolari". Il-jeratika ma baqgħitx tintuża ħlief biex jinkitbu xi testi saċerdotali jew reliġjużi, flimkien mal-ġeroglafiċi u għalhekk ħadet l-isem "saċerdotali." Fl-epoka Tolemajka, il-Grieg beda aktar u aktar jintuża bħala l-lingwa amministrattiva: minn 146 QK il-kuntratti miktubin biss bid-demotika kienu tilfu kull valur legali[Referenza meħtieġa].

Finalment, il-Koptiku kien l-aħħar fażi tal-lingwa u tal-kitba Eġizzjana. Dan għadu jintuża sal-lum, imma biss bħala lingwa liturgika. Jinkiteb permezz tal-alfabett Grieg li ġew miżjudin miegħu seba' karattri demotiċi għall-ħsejjes li mhumiex fil-Grieg.

Il-kitba Eġizzjana m'għadhiex tintuża illum biex tinkiteb xi lingwa. Madankollu, skont xi riċerkaturi, kienet hi, permezz tal-proto-Sinajitiku, li welldet l-alfabett Feniċju, li minn naħa tiegħu nissel l-alfabett Lhudi, Aramajk u Grieg, u minn tal-aħħar ħargu l-karattri Latini u Ċirilliċi[9].

Is-sistema ta' kitba[immodifika | immodifika s-sors]

Riproduzzjoni tal-istele ta' Rosetta

Il-ġeroglifiċi huma kollha, jew kważi kollha, figurattivi: dawn jirrappreżentaw elementi veri jew immaġinarji, xi kultant stilizzati u semplifikati, iżda fil-parti l-kbira, jintgħarfu perfettament.

Jean-François Champollion, id-deċifratur tal-ġeroglafiċi, meqjus bħala missier l-Eġittoloġija ddefinixxa s-sistema ġeroglifika hekk:

Din hi sistema kumplessa, kitba li hi fl-istess ħin figurattiva, simbolika, u fonetika, fl-istess test, fl-istess frażi, u għandi ngħid kważi fl-istess kelma.[10].

Fil-fatt, l-istess karattru jista' jiġi interpretat b'modi differenti skont il-kuntest: bħala fonogramma[11] (qari fonetiku), bħala ideogramma jew bħala determinattiv (qari semantiku). Se naraw iktar tard li l-karattri determinattivi, li ma jinqarawx, jgħinu fil-qari billi "jiddeterminaw" il-qasam lessikali li l-kelma tappartieni għalih. Għalhekk, il-karattru determinattiv ta' "raġel bilqiegħda" (A1 fil-lista totali tal-ġeroglifiċi skond il-klassifikazzjoni ta' Gardiner) jakkumpanja l-kliem li juru l-funzjoni ("viżier", "qassis"), il-professjoni ("bennej"), l-etniċità ("Ażjatiku", "Eġizzjan", "Libjan", "Nubjan ") jew rabta tal-familja ("missier", "iben", "ħu").

Fis-sezzjonijiet li ġejjin, il-ġeroglafiċi se jiġu traslitterati, jiġifieri jerġgħu jiġu traskritti permezz ta' simboli ta' sistema oħra.

Qari fonetiku[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-qari fonetiku wieħed jaqra l-karattru independentament mit-tifsira tiegħu, skont il-prinċipju ta' rebus. Il-fonogrammi huma ffurmati jew minn konsonanti (karattri msejħin "mono-" jew unilitteri"), żewġ karattri (karattri "bilitteri") jew tlieta (karattri "trilitteri"). L-erbgħa u għoxrin karattru unilitteru jagħmlu il-psewdo-alfabett ġeroglifiku (ara hawn taħt).

Il-kitba ġeroglifika tixbaħ lil abġad[12]: il-vokali ma jinkitbux, differenti mill-kunejformi pereżempju. Hi kitba difettuża (scriptio defectiva).

Mela, il-ġeroglifiku li jirrappreżenta papra jinqara "sȝ", għax dawn kienu l-konsonanti tal-kelma għal dan l-annimal. Fl-istess ħin wieħed juża l-karattru ta' papra mingħajr l-ebda konnessjoni mal-annimal biex jirrappreżenta l-fonemi "s" u "ȝ" wara xulxin (independament mill-vokali li jistgħu jakkumpanjaw dawn il-konsonanti) u hekk jikteb kliem bħal "sȝ", (iben) jew, b'żieda ta' karattri li nagħtu dettalji dawrhom iktar tard, "sȝw", (għases), "sȝṯ.w" (terra ferma).

G38
: il-karattru  ;
G38Z1s
: l-istess karattru użat waħdu (is-sens tal-linja vertikali żgħira jiġi spjegat aktar tard) li jfisser "papra" jew ma' determinattiv addattat, "iben", żewġ kelmiet bl-istess konsonanti;
z
G38
AA47D54
: Il-karattru ġewwa l-kelam sȝw, (għases) u fi
z
G38
AtwN23
Z2s
: sȝṯ.w, (terra ferma).


L-"alfabett" ġeroglifiku[immodifika | immodifika s-sors]

Għal xi karattri, il-prinċipju ta' rebus sar dak ta' akrostika: tinqara biss l-ewwel konsonanti tal-kelma.

Eżempji tal-użu ta' ideogrammi għall-valur unilitteru tagħhom.[13].
Ideogramma Oġġett rappreżentat Użu bħala ideogramma Valur fonetiku tal-ideogramma Valur unilitteru
D21
Z1s
ħalq "ħalq" /rȝ/ /r/
D58Z1s
sieq "post (fejn wieħed iqiegħed siequ) » /bw/ /b/
I10
Z1
kobra "kobra" /ḏt/ /ḏ /


Hekk, nistgħu niġbru fi gruppi l-erbgħa u għoxrin karattru unilitteru f'xorta ta' "alfabett" ġeroglifiku, li, però qatt ma ntuża biex jieħu post il-ġeroglifiċi l-oħra, għalkemm dan seta' jsir. Infatti il-kliem Eġizzjan kollu setgħu jinkitbu permezz ta' dawn il-karattri, iżda l-Eġizzjani qatt ma ħadu dan il-pass u ssemplifikaw il-kitba kumplessa tagħhom f’alfabett. Il-psewdo alfabett Eġizzjan huwa magħmul minn karattri li jindikaw konsonanti waħda biss, għalkemm xi wħud minnhom jindikaw aktar minn waħda meta jintużaw bħala ideogrammi.

Psewdo-alfabett ġeroglifika, fl-ordni konvenzjonali tad-dizzjunarji u l-grammatki
Karattru Trażlitterazzjoni Oġġett rappreżentat Valur fonetiku Kodiċi ta' Gardiner
A
ȝ avultun alef Lhudija G 1
i
qasba twarrad jod Lhudija M 17
ii
y qasba twarrad jod Lhudija -
a
ˁ driegħ quddimija għajin Lhudija D 36
w
w ferħ tas-summien [u] G 43
b
b sieq [b] D 58
p
p siġġu [p] Q 3
f
f serp bil-qrun [f] I 9
m
m kokka [m] G 17
n
n ilma [n] N 35
r
r ħalq [r] D 21
h
h pjan jew bitħa ta' dar [h] O 4
H
merilla tal-ħajt tal-għażel [h] emfatiku V 28
x
kobba spag (?) [x] Aa 1
X
denb ta' barri [ç] F 32
z
s firrol [z] O 34
s
ś għażel mitwi [s] S 29
S
š għadira [ʃ] N 37
q
żurżieqa [kw] N 29
k
k qoffa [k] V 31
g
g buqar [g] W 11
t
t ħobża [t] X 1
T
xikel għall-annimali tj V 13
d
d id [d] D 46
D
kobra [d͡ʒ] I 10

Kumplamenti fonetiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Ras ta' gendus, serp, id ...

Il-kitba Eġizzjana hi spiss superfluwa: fil-fatt, jiġri spiss ħafna li kelma tkun segwita minn karattri diversi li jindikaw l-istess ħsejjes biex jiggwidaw il-qarrej. Pereżempju, il-kelma nfr, "sabieħ, tajjeb, perfett" tista' tinkiteb bit-trilitteru

nfr

biss, iżda ħafna aktar spiss ma' dan it-trilitteru kienu jiġu miżdudin l-unilitteri f u r. Allura tinkiteb nfr + f +r, imma tinqara nfr.

Il-karattri superfluwi li jakkumpanjaw il-karattri bilitteri jew trilitteri jissejħu "kumplamenti fonetiċi". Dawn ġeneralment jitqegħdu wara l-karattru li jikikumplamentaw, u b'hekk iservu ta' għajnuna għall-qari. Però xi minn daqqiet l-iskriba jaqleb l-ordni għal raġunijiet ta' kalligrafija u jqegħdhom warajh jew jinkwadrawh (ara hawn isfel):

S43dw
mdw +d +w (il-kumplamenti huma mqegħdin wara) → tinqara mdw, "kliem, ilsien" ;
x
p
xpr
r
iA40
ḫ +p +ḫpr +r +j (il-kumplamenti jinkwadraw) → tinqara ḫpr.j, "Khepri".

Il-kumplamenti fonetiċi jgħinu biex wieħed jista' jiddistingwi bejn kliem omofoni, jiġifieri li għandhom l-istess pronunzja imma tifsira differenti. Fil-fatt, il-karattri mhux dejjem jinqraw l-istess:

Q1
pereżempju s-siġġu jista jinqara st, ws u ḥtm, skont il-kuntest li jkun qiegħed fih

Il-preżenza tal-kumplamenti fonetiċi - u determinattiv addatat – tgħin fil-qari ta' dak li jkun ġej:

  • st :
Q1t
pr
st (miktuba st+t ; l-aħħar karattru hu d-determinattiv tad-dar jew li għandu xjaqsam magħha), "siġġu, tron, inħawi" ;
Q1t
H8
st (miktuba st+t ; l-aħħar karattru hu l-bajda, determinattiv tal-isem tal-alla mara Iside), "Iside".
  • ws :
Q1irA40
wsjr (miktua ws+jr, bil-kumplament fonetiku l-għajn, li jinqara jr, segwit mid-determinattiv ta' alla), "Ożiride".
  • ḥtm :
HQ1m&t E17
| ḥtm.t (miktuba ḥ+ḥtm+m+t, bid-determinattiv tax-xakall), tip ta' annimal salvaġġ, forsi ors ;
HQ1tG41
ḥtm (miktuba +ḥtm+t, bid-determinattiv tal-għasfur itir), "għosfor".

Fl-aħħarnett, xi kultant ġara li xi kliem inbidlu fil-pronunzja tagħhom fl-Eġizzjani antik: f'dan il-każ, mhux rari li l-kitba adottat kompromess fin-notazzjoni, iż-żewġ modi ta' qari kienu indikati flimkien. Dan hu partikolarment il-każ għall-aġettiv bnrj, "ħelu" (jiġifieri ta' togħma tajba), li sar bnj, u għall-verb swri, "xorob", li sar swj. Fl-Eġizzjan nofsani jinkitbu bnrj u swri,

bn
r
iM30uswr
r
imwA2
, li jinqara fl-istess ħin bnj u swj, ir-r ma tneħħietx biex tinżamm rabta tal-kitba mal-kelma antika.

Qari semantiku[immodifika | immodifika s-sors]

Barra l-interpretazzjoni fonetika, il-karattri jistgħu jinqraw għat-tifsira tagħhom: f'dan il-każ nitkellmu dwar logogrammi (aktar preċiżament dwar ideogrammi) u determinattivi (jew semagrammi)[14].

Logogrammi[immodifika | immodifika s-sors]

Ġeroglifiku użat bħala logogramma jindika l-oġġett li hu l-xbieha tiegħu. Il-logogrammi għalhekk huma l-aktar spiss nomi komuni; huma ġeneralment akkumpanjati b'linja wieqfa li turi l-valur tal-logogramma (l-użu tal-linja wieqfa hi spjegata iżjed 'l isfel) [15] fit-teorija, kull ġeroglifiku seta' jservi bħala logogramma. Il-logogrammi jistgħu ikunu akkumpanjati minn kumplamenti fonetiċi. F'xi każijiet, ir-relazzjoni semantika hija indiretta, metonimika jew metaforika.


Eżempji ta' ġeroglifiċi użati bħala logogrammi. Fl-aħħar tliet eżempji, ir-relazzjoni semantika hi metonimika jew metaforika.
Ġeroglifiċi Pronunzja Oġġett rappreżentat Tifsira
ra
Z1
xemx
pr
Z1
pr dar
swt
Z1
swt qasba (t hi l-kumplament fonetiku)
Dw
Z1
ḏw muntanja
nTrZ1
nṯr standard tat-tempju Alla
G53Z1
għasfur b'ras ta' bniedem (rappreżentazzjoni tradizzjonali tal-Ba) ruħ, "Ba"
G27Z1
dšr "fenikottru" – il-fonogramma li tikkorrispondi miegħu tfisser "aħmar", u l-għasfur hu assoċjat permezz ta' metonimija ma' dan il-kulur.

Determinattivi[immodifika | immodifika s-sors]

Id-determinattivi jew semagrammi jitqegħdu fl-aħħar tal-kelma. Dawn huma karattri siekta li jservu biex juru l-qasam lessikali tal-kelma. Billi l-każijiet ta' omografi huma spissi ħafna (speċjalment peress li konsonanti biss jinkitbu), l-għajnuna tad-determinattivi hi importanti ħafna. Kieku l-istess proċedura kienet teżisti fil-Malti, konna niktbu wara l-kliem omografi indiċi li ma jinqarax, iżda li jiċċara t-tifsira: pereżempju hekk nistgħu niddistingwu bejn "bies [imħabba]" u "bies [għasfur]".

Hemm ħafna determinattivi: allat, bnedmin, partijiet tal-ġisem tal-bniedem, annimali, pjanti eċċ. Ċerti determinattivi għandhom tifsira proprja u tifsira figurattiva. Pereżempju r-roll tal-papiru,

Y1
iservi biex jindika l-kitba jew l-idejat astratti.

Hawn nagħtu xi eżempji tal-użu tad-determinattivi[16] biex nuru l-importanza tagħhom:

Eżempji ta' determinattivi ġeroglifiċi li jneħħu l-ambigwità bejn l-omofoni nfr.
Kelma
nfrwA17Z3
nfrf&r&t B1
nfrnfrnfrpr
nfrf
r
S28
nfrW22
Z2
Pronunzja nfr.w nfr.t nfr.w nfr nfr
Piktogramma determinattiva tifel jagħmel idejh ma' ħalqu mara bilqiegħda dar strixxa drapp bil-frenża buqar bis-sinjal tal-plural
Qasam lessikali indikat[17] tifel jew tifla, żagħżugħ jew żagħżugħa mara dar, binja drap, ilbies buqar, platti tal-fuħħar, xorb
Tifsira tal-kelma rekluti militari xebba pedamenti ilbies inbid, birra

Nota:

Z2
Dan id-determinattiv juri li l-kelma tiġri tliet darbiet, jiġifieri l-plural (billi l-lingwa Eġizzjana kellha plural imtenni kultant indikat b'żewġ linji).

Dawn il-kliem kollha għandhom konnotazzjoni tajba "tajjeb, sabieħ, perfett". Ta' minn jinnnota li dizzjunarju reċenti [18] jagħti xi għoxrin kelma li jinqraw "nfr" jew jibdew b'din il-kelma – prova tar-rikkezza straordinarja tal-lingwa Eġizzjana.

Id-direzzjoni tal-kitba[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ġeroglifiċi jinkitbu mil-lemin għax-xellug, mix-xellug għal-lemin, jew minn fuq għal isfel, imma d-direzzjoni tas-soltu hi mil-lemin għax-xellug. Il-qarrej, biex ikun jaf id-direzzjoni tal-kitba, irid iħares lejn id-direzzjoni li fiha huma mdawrin il-ġeroglifiċi asimmetriċi. Pereżempju, meta l-figuri tal-bniedem u l-annimali, li jistgħu jingħarfu faċilment, iħarsu lejn ix-xellug, il-kitba trid tinqara mix-xellug għal-lemin u viċeversa.

Il-kliem mhumiex separati bi spazji jew punteġġjatura. Madankollu, xi karattri jidhru l-iżjed fl-aħħar tal-kelma, u għalhekk xi drabi hu possibbli li wieħed jagħraf il-kliem b'dan il-mod. Però huwa ċar li l-qsim ta' test fi kliem jista' jsir biss b'għarfien sod tal-lingwa u s-sintassi tagħha.

Il-kwadrat[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ġeroglifiċi ma jitqegħdux sempliċement f'linja wieħed wara l-ieħor: fil-fatt, dawn jitqassmu b'mod armonjuż f'kwadri jew kaxex virtwali (jiġifieri, mhux impinġijin), jew kwadrati, bl-istess mod bħas-sinogrammi. Bid-differenza li s-sinogrammi jimlew il-kwadrat sħiħ waqt li ċerti ġeroglifiċi jimlew nofs biss, orizzontalment jew vertikalment, u x'uħud kwart biss.

Eżempji ta' ġeroglifiċi li jokkupaw kwadrat, nofs kwadrat u kwart ta' kwadrat
Kwadrat Nofs kwadrat orizontali Nofs kwadrat vertikali Kwart ta' kwadrat
A22G18W17N15

U7
r
A2A1V13
N35

U7
r
A2A1V13
G43
D40R4
D58R8
Q3V1V34N5V20

L-ordni tal-kitba tal-elementi rranġati f'kwadrat hi indipendenti mid-direzzjoni tal-kitba ġlobali li tista' tkun minduda (kwadrati rranġati f'ringieli) jew wieqfa (kwadrati rranġati f'kolonni). Il-karattri li jokkupaw kwadrat jinqraw mix-xellug għal-lemin u mbagħad minn fuq għal isfel jew minn fuq għal isfel u mbagħad mix-xellug għal-lemin.

Karatteristiċi kalligrafiċi u restrizzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm bosta karatteristiċi kalligrafiċi. L-ewlenin fosthom huma dawn:

  1. il-karattri huma maqsumin f'kwadrati (ara hawn fuq);
  2. biex jiġi żgurat li kwadrat ikun komplut, kultant il-karattri jinqalbu biex is-sett jiġi iżjed kumpatt. Bl-istess mod, il-kumplamenti fonetiċi jintgħażlu b'mod li joqgħodu tajjeb fil-kwadrat anki akkost li xi ftit minnhom ikunu superfluwi;
  3. xi karattri jistgħu jitħallew barra, speċjalment dawk li jindikaw il-fonemi ȝ u j;
  4. il-karattri li jindikaw l-allat jitqegħdu fir-ras ta' dikjarazzjoni, frażi jew kelma komposta, bħala antepożizzjoni onorifika (inverżjoni rispettuża).

Madankollu, anki jekk il-ġeroglifiċi jkunu maqlubin dan ma jagħmilx differenza fit-trażlitterazzjoni u l-qari.

Karattri miżjudin[immodifika | immodifika s-sors]

Sostituzzjoni b'linja mżerżqa[immodifika | immodifika s-sors]

Karattru kultant meqjus offensiv "welled"

Il-karattri offensivi, ta' gwaj, tabù, rari jew kumplessi jistgħu jiġu mibdulin f'linja mżerżqa:

F31sB3
ms(j), verb li jfisser "welled", jista' jinkiteb:
F31sZ5
id-determinattivi ta' mara qiegħda teħles (l-aħħar karattru) kien kultant meqjus offensiv (jew sempliċiment diffiċli wisq biex jitpinġa);
mtA14
m(w)t, "mewt", tinkiteb ukoll:
mtZ5
biex jiġi evitat id-determinattiv tal-għadu fuq l-art (l-aħħar karattru), karattru ta' gwaj.

Cartouche[immodifika | immodifika s-sors]

Cartouche, li jfisser skartoċċ bil-Franċiż, għandu din il-forma:

Hawn jitqegħdu l-ġeroglifiċi

Jitqegħdu fil-cartouches l-ismijiet ta' allat (eċċezzjonalment) u l-aħħar żewġ ismijiet, re tal-Eġittu l-Għoli u l-Baxx u iben Re, tat-titli tal-faragħuni (dejjem):

it
n
N5A40
iY5
n
N5
Z1
A40
q
E23
iV4p
d
r
At
H8
jtn, "Aton" jmn-rˁ, "Amon-Re" qljwpȝdrȝ.t, "Kleopatra"

Karattri biex jimlew[immodifika | immodifika s-sors]

Jintużaw xi karattri biex jimtlew il-kwadrati li ma jkunux kompluti.

Karattri magħqudin[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm xi karattri li huma magħmulin minn diversi oħra magħqudin flimkien. Dawn il-karattri, però jeżistu indipendentament u jservu bħala karattri ġodda: pereżempju, driegħ quddimija żżom xettru sservi bħala determinattiv għall-kliem li jfissru "mexxa, iggverna, ikkmanda" u d-derivati tagħhom.

Repetizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Jekk karattru ta' nom jidher darbtejn wara xulxin dan jindika li hu mtenni, waqt li jekk jidher tliet darbiet juri li hu fil-plural.

Karattri mhux figurattivi[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn huma:

  • Linja wieqfa li tindika li l-karattru hu ideogramma (fil-każi ta' ambigwità fejn l-istess karattru jista' jservi bħala ideogramma jew karattru fonetiku);
  • Żewġ linji mżerżqin li juru li nom huwa mtenni jew tliet linji weqfin li juru li nom hu fil-plural;
  • U, misluf mill-kitba jeratika, is-suffiss tal-formazzjoni tal-plural:
    W
    .

L-ortografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kunċett ta' ortografija "korretta" fl-Eġizzjan ġeroglifiku ma nistgħux inħarsu lejh bħal fil-lingwi moderni. Tabilħaqq, għal kważi kull kelma, kien hemm varjant wieħed jew aktar. Għalhekk, wieħed jiddubita jekk il-kunċett ta' ortografija kienx jeżisti fil-lingwa Eġizzjana. Fil-fatt, insibu:

  • Karattri żejda;
  • Ommissjoniet ta' grafemi, li ma nafux kinux apposta jew le;
  • Bdil ta' grafema b'oħra, li jagħmilha impossibbli li ssir distinzjoni bejn "żball" jew ortografija "alternattiva";
  • Żbalji u ommissjonijiet fil-kitba tal-karattrii, l-aktar problematiċi meta l-kitba tkun kursiva: kitba jeratika imma l-iżjed demotika fejn l-skematizzazzjoni tal-karattri hi estrema.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Il-metonimija, mill-Grieg μετα, li tfissser trasferiment, u ονομα, "isem") hi figura retorika li tikkonsisti f'sostituzzjoni ta' kelma b'oħra li tappartieni għall-istess qasam semantiku, li għandha mal-ewwel waħda relazzjoni ta' kontigwità logika jew materjali, pereżempju: "illum irrid nistudja Dun Karm / ix-xogħlijiet ta' dun Karm".
  2. ^ Fl-Eġizzjan ġeroglifiku il-vokali ma jinkitbux.
  3. ^ Michel Dewachter, Champollion – Un scribe pour l'Egypte, Gallimard, Pariġi, 1990
  4. ^ "Il-lingwi mqaddsa ħallewna naqraw il-vokabularju tagħhom mitluf, meta fuq il-granit ta' Meżrajim, Champollion iddeċifra dawn il-ġeroglifiċi li kienu qieshom siġill imqiegħed fuq fomm id-deżert, u li wieġbu mis-skiet etern tagħhom ... "(François-René de Chateaubriand, Les Memoires d'Outre-Tombe, IV, XII, Kap. 9)
  5. ^ Günter Dreyer, Recent Discoveries at Abydos Cemetery U, f' "The Nile Delta in Transition : 4th-3th Millenium BC", edit. M.Van Den Brink, Tel Aviv, 1992, p. 293-1299
  6. ^ L-aħħar isem ta' sovran miktub bil-ġeroglifiċi – li hu tal-imperatur Ruman Deċju (249 sal-251) – jinsab fit-tempju ta' Esna
  7. ^ E. Edel p. 13 (Ara l-Bibljografija)
  8. ^ pinen magħmulin mill-qasab
  9. ^ W. V. Davies, p.129 u wara; J. F. Healy, p.197 u wara. (Ara l-Bibljografija)
  10. ^ Jean-François Champollion,Ittra lil M. Dacier dwar l-alfabett tal-ġeroglifiċi fonetiċi, 27 ta' Settembru 1822
  11. ^ karattru li jirrappreżenta ħoss jew fonema
  12. ^ Abġad hu alfabett li juri biss il-konsonanti bħal fl-Għarbi, fil-Lhudi u Aramajk. L-isem "abġad" ġej mill-ewwel erba' ittri tal-alfabett Għarbi storiku: ʾalif, bāʼ, ǧīm u dāl.
  13. ^ Alan H. Gardiner, pġ. 507 (Ara l-Bibljografija)
  14. ^ Antonio Loprieno (Ara l-Bibljografija)
  15. ^ Antonio Loprieno (Ara l-Bibljografija)
  16. ^ meħudin minn Je lis les hiéroglyphes ta' Jean Capart
  17. ^ [1] Determinative Signs In Egyptian Jim Loy
  18. ^ Raymond O. Faulkner, A Concise Dictionary of Middle Egyptian

Eżempji ta' ġeroglifiċi[immodifika | immodifika s-sors]


Bibljografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Dwar l-etimoloġija, l-istorja u l-evoluzzjoni :
    • Jean Vercoutter (1992). Presses universitaires de France (ed.). L'Égypte et la vallée du Nil, Tome 1. It-test "PUF" mhux se jintuża (għajnuna)
    • Elmar Edel (1955). Pontificium Institutum Biblicum (ed.). Altägyptische Grammatik. pp. 1–12. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Alan Henderson Gardiner (1973). The Griffith Institute (ed.). Egyptian Grammar - Being an Introduction to the Study of Hieroglyphs. pp. 6 u wara. ISBN 0-900416-35-1.
    • Gustave Lefebvre (1955). Imprimerie de l’Institut français d’archéologie orientale (ed.). Grammaire de l’égyptien classique. pp. 5 u wara. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Pascal Vernus (1982). Le Sycomore (ed.). Espace et idéologie dans l'écriture égyptienne. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Christiane Ziegler (1991). Editions de la Réunion des musées nationaux (ed.). Les Hiéroglyphes, département des Antiquités égyptiennes. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Antonio Loprieno (2004). Cambridge University Press (ed.). Ancient Egyptian - A Linguistic Introduction. pp. 5 u wara.
    • Michel Malaise et Jean Winand (1999). CIPL, Aegyptiaca Leodiensia 6 (ed.). Grammaire raisonnée de l'égyptien classique. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Jean-Pierre Guglielmi (2010). Assimil (ed.). L'Égyptien hiéroglyphique - (+ 4 CD awdjo). Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Cours d'égyptien hiéroglyphique. Parametru mhux magħruf |référence= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |awturs= injorat (għajnuna)
    • François Neveu (1996). Khéops (ed.). La langue des Ramsès - grammaire du néo-égyptien. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • W. V. Davies (1996). British Museum Press (ed.). Egyptian Hieroglyphs.
    • J. F. Healy (1990). Berkeley : University of California Press (ed.). The early Alphabet. ISBN 0-520-07309-6. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • James Peter Allen (2000). Cambridge (ed.). Middle Egyptian: An Introduction to the Language and Culture of Hieroglyphs. ISBN 0-521-77483-7..
  • Dwar il-kitba "sillabika"  :
    • Jean-François Champollion (1836). Institut d'Orient : M. Sidhom (ed.). Principes généraux de l'écriture sacrée égyptienne : appliquée à la représentation de la langue parlée. ISBN 2-905304-00-6. Parametru mhux magħruf |publi= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Jaroslav Černý u Sarah I. Groll (1975). Biblical Institute Press (ed.). A Late Egyptian Grammar. p. 2. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Adolf Erman (1979). Georg Olms Verlag (ed.). Neuägyptische Grammatik. pp. 15–19. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Ernest Alfred Thompson Wallis Budge (1910). Dover Publications (ed.). Egyptian language : easy lessons in Egyptian hieroglyphics. ISBN 0-486-21394-3. It-test "E. A. Wallis Budge" mhux se jintuża (għajnuna); Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Friedrich Junge (1999). Harrassowitz Verlag (ed.). Neuägyptisch - Einführung in die Grammatik. pp. 44 sq. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Jean-Claude Goyon (2006). Éditions A.C.V. (ed.). Grammaire de l'égyptien hiéroglyphique : du moyen empire au début du nouvel empire. ISBN 2-913033-10-5. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
  • Dwar is-sistema ta' kitba :
    • Erhart Gräfe (2001). Harrassowitz Verlag (ed.). Mittelägyptisch - Grammatik für Anfänger. pp. 5–15. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Gustave Lefebvre (1955). Imprimerie de l’Institut français d'archéologie orientale (ed.). Grammaire de l’égyptien classique. pp. 9–25. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna).
  • Dwar il-valur fonetiku tal-karattri "alfabetiċi"  :
    • Gaston Maspero (1917). H. Champion (ed.). Introduction à l'étude de la phonétique égyptienne. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
    • Gustave Lefebvre (1955). Imprimerie de l’Institut français d’archéologie orientale (ed.). Grammaire de l’égyptien classique. pp. 25–31. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]