Ġeroglifiku linjari

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ġeroglifiku linjari hu verżjoni semplifikata ta' Ġeroglifiku Eġizzjan.

Il-kitba linjari (jew kitba ridotta), inħolqot biex jintgħelbu ż-żewġ problemi ewlenin tal-ġeroglifiċi sagri, jiġifieri iż-żmien twil li jieħdu biex isiru u li mhumiex adatti biex jinkitbu fuq uċuħ mhux minquxin. Fil-fatt, il-ġeroglifiċi linjari kienu użati fit-testi fejn l-estetika ma kienx ta' importanza kbira. Filwaqt li l-kitba ġeroglifika sagra kienet tagħti importanza kbira lid-dettalji u kienet tagħmel kull karattru xogħol ta' arti fih innifisu, il-kitba linjari, kienet taħli żmien mill-inqas, biż-żejjed biss biex jintgħaraf il-karattru. Waqt li żammew l-aspett figurattiv tagħhom, il-ġeroglifiċi linjari għamlu pass lejn estrazzjoni li wassal għall-ħolqien tal-kitba jeratika.

Eżempji ta' ġeroglifiċi bl-ekwivvalenti ridott tagħhom (Champollion)