Żodjaku
Iż-Żodjaku jfisser ċiklu annwali ta' tnax-il stazzjon fuq il-medda tal-eklittika, fejn ix-Xemx taqsam is-smewwiet u tgħaddi mill-kostellazzjonijiet li jaqsmu l-eklittiku fi tnax-il żona indaqs ta' lonġitudni ċelestjali. Iż-żodjaku huwa rikonoxxut bħala l-ewwel sistema ta' koordinazzjoni ċelestjali magħrufa. L-astronomi Babilonjani żviluppaw iż-żodjaku tat-tmintax-il dar. Il-Maja kienu jużaw għoxrin dar. It-terminu żodjaku jista' jkun li ġej mil-Latin zōdiacus, mill-Grieg ζῳδιακός [κύκλος] (zodiakos kyklos), li jfisser "ċirku ta' annimali", idderivata minn ζῴδιον (zodion), id-diminuttiv ta' ζῷον (zoon) "annimal". Madanakollu, iż-żodjaku klassiku Grieg jinkludi wkoll djar (jew kostellazzjonijiet) li mhumiex irrappreżentati minn annimali (eż. Aquarius, Virgo, Gemini,Libra). Etimoloġija oħra li hija ssuġġerita tgħid li t-terminu Grieg huwa relatat mal-kelma sodi fis-Sanskrit, li tfisser "passaġġ", jiġifieri passaġġ li minnu tgħaddi x-Xemx.
Iż-Żodjaku tal-Punent
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Wott (0°) (Aries)
- It-Tawr (30°) (Taurus)
- It-Tewmin (60°) (Gemini)
- Il-Qabru (90°) (Cancer)
- Id-Durbies (120°) (Leo)
- L-Għodra (150°) (Virgo)
- Il-Miżien (180°) (Libra)
- L-Għaqreb (210°) (Scorpius)
- Il-Qaws (240°) (Sagittarius)
- Il-Kibx (270°) (Capricornus)
- Iż-Żir (300°) (Aquarius)
- Il-Ħut (330°) (Pisces)[1]
Nru | Simbolu | Lonġ. | Isem bil-Latin | Isem bil-Malti | Isem bil-Grieg | Isem bis-Sanskrit | Isem Sumero-Babiloniż[2] |
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | 0° | Aries | Il-Wott | Κριός (Krios) | Meṣha (मेष) | MUL LU.ḪUŊ.GA "Il-Bidwi", Dumużid, ir-Rgħaj | |
2 | 30° | Taurus | It-Tawr | Ταῦρος (Tauros) | Vṛiṣabha (वृषभ) | MULGU4.AN.NA "Iż-Żiemel tas-Sema" | |
3 | 60° | Gemini | It-Tewmin | Δίδυμοι (Didumoi) | Mithuna (मिथुन) | MULMAŠ.TAB.BA.GAL.GAL "It-Tewmin il-Kbar" (Castor u Pollux) | |
4 | 90° | Cancer | Il-Qabru | Καρκῖνος (Karkinos) | Karkaṭa (कर्कट) | MULAL.LUL "Il-Gamblu tal-ilma Ħelu" | |
5 | 120° | Leo | Id-Durbies | Λέων (Leōn) | Siṃha (सिंह) | MULUR.GU.LA "L-Iljun" | |
6 | 150° | Virgo | L-Għodra | Παρθένος (Parthenos) | Kanyā (कन्या) | MULAB.SIN "Ir-Radda"; "Ir-Radda, the goddess Shala's ear of corn" | |
7 | 180° | Libra | Il-Miżien | Ζυγός (Zugos) | Tulā (तुला) | MULZIB.BA.AN.NA "Il-Miżien" | |
8 | 210° | Scorpio | L-Għaqreb | Σκoρπιός (Skorpios) | Vṛścika (वृश्चिक) | MULGIR.TAB "The Scorpion" | |
9 | 240° | Sagittarius | Il-Qaws | Τοξότης (Toxotēs) | Dhanuṣa (धनुष) | MULPA.BIL.SAG, Nedu "soldier" | |
10 | 270° | Capricorn | Il-Kibx | Αἰγόκερως (Aigokerōs) | Makara (मकर) | MULSUḪUR.MAŠ "The Goat-Fish" of Enki | |
11 | 300° | Aquarius | Iż-Żir | Ὑδροχόος (Hudrokhoos) | Kumbha (कुम्भ) | MULGU.LA "The Great One", later qâ "pitcher" | |
12 | 330° | Pisces | Il-Ħut | Ἰχθύες (Ikhthues) | Mīna (मीन) | MULSIM.MAḪ "Denb il-Ħuttaf", later DU.NU.NU "fish-cord" |