Winston Zammit

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Winston Lawrence Zammit (Tas-Sliema, 14 ta’ Settembru 1950 - 18 ta' Novembru 2017) kien għalliem u studjuż tal-istorja.

Studji[immodifika | immodifika s-sors]

Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola ta’ San Ġużepp tas-Sliema (1955-1959) u fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi B’Kara (1959-1966). Fl-1967 ġie aċċettat bħala student fil-Junior College tal-Università ta’ Malta u f’Ottubru 1965, ġie aċċettat bħala student fil-fakultà ta’ l-arti fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa BA (Hons) fl-1971 u M.A (1975) fl-Istorja.

Għalliem[immodifika | immodifika s-sors]

F’Ottubru 1971, Zammit beda jgħallem fl-iskejjel statali bħala Part Time Visiting Master. Wara kors ta’ sena (P.G.C.E) fil-kulleġġ Malti tal-Edukazzjoni (1974/1975), f’April 1976 kien ġie maħtur Teacher II fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. F’Ottubru 1996 ġie maħtur Subject Co-ordinator fl-Istorja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Għallem l-istorja u li Studji Soċjali f’diversi skejjel statali l-aktar fil-Boys Junior Lyceum il-Ħamrun.

Studjuż tal-Istorja[immodifika | immodifika s-sors]

Zammit iddedika parti kbira tal-ħin tiegħu għar-riċerka fl-Arkivji. Bħala riżultat ta’ din ir-riċerka Zammit irnexxilu jippubblika numru ta’ kotba li xi wħud minnhom kitibhom ma’ xi kittieba oħra. Fost dawn il-kotba nsibu tlieta minnhom li huma fuq l-istorja ta’ Tas-Sliema. Dawn huma kif ġej: Tas-Sliema fl-Imgħoddi (1981) Tas-Sliema fis-Seklu XIX (1800) u Tas Sliema (1901 - 1950).

Kiteb ukoll żewġ kotba dwar B’Kara: B’Kara fis-Seklu XIX u B’Kara 1900- 1945, u tliet kotba b’rabta mal-perjodu li l-Imblokk (1798-1800), fir-Rabat ta’ Malta (1798-1800), fl-Imdina (1798-1800) u l-Mexxejja Maltin fil-Kungress Malti (1799-1800).

Ippubblika wkoll numru ta’ papers b’rabta mal-Istorja tal-Gvern Lokali f’Malta mill-aħħar snin tal-Kavallieri sal-lum. Kiteb wkoll mijiet t’artikli li dehru f’gazzetti u pubblikazzjonijiet lokali. Ħa sehem ukoll f’programmi b’rabta mal-istorja ta’ Malta, fuq stazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju.

Volontarjat[immodifika | immodifika s-sors]

Winston Zammit għamel ukoll xogħol volontarju; fil-fatt mill-1983 jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Uffiċċju tal-Missjoni fil-Kunvent tal-Kapuċċini l-Furjana. B’rabta ma’ dan ix-xogħol kien jikkordina l-proġett tal-Missjoni fil-Boys Junior Lyceum, il-Ħamrun.

Bejn l-1993 u l-2002, kien is-Segretarju tal-Kummissjoni festi tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

Mill-2002, beda jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-kumitat li jorganizza l-Maratona tar-Roti fil-Boys Junior Lyceum fil-Ħamrun, biex jinġabru l-fondi għall-karità.