Wake Island

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wake Island tidher mis-satellita

Wake Island ' magħrufa wkoll bħala Wake Atoll, hija atoll tal-qroll li jinsab fit-Tramuntana tal-Oċean Paċifiku. Hija parti mit-territorji mhux inkorporati tal- Istati Uniti tal-Amerika u hija amministrata direttament mill-Kmand tal-Forza tal-Ajru. Mil-lat statistiku hija inkluża fil-Gżejjer Minuri Outlying tal-Istati Uniti tal-Amerika.

L-atoll għandu 19-il kilometru ta' kosta u jinsab f'3 Mudell:M minn Honolulu u Mudell:M minn Guam.

Wake jinsab fil-punent tal-linja tad-data u huwa dejjem jum qabel il-50 stat Amerikan. L-aċċess għall-gżira huwa pprojbit u limitat għall-militar tal-Istati Uniti u l-forza tal-ajru.

Għalkemm tissejjaħ "gżira", l-atoll jinkludi tliet gżejjer (Wake, Wilkes u Peale) li jinsabu madwar laguna ċentrali.Fuq il-gżira ewlenija, Wake, hemm strixxa tal-ajru u bl-aħħar aġġornament fl -2009 jgħixu hemm madwar 150 abitant.