Aqbeż għall-kontentut

Víctor Fernández

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Victor Fernandez)
Víctor Fernández
Informazzjoni personali
Isem sħiħVíctor Fernández Braulio
Twelid28 ta' Novembru 1960 (1960-11-28) (63 sena)
Zaragoza, Spanja
Tul1.73 m
RwolMidfilder
Mixtliet
Klabb
Stadium Casablanca
Timijiet ikkowċjati
1988–1990Zaragoza (assistent)
1990–1991Zaragoza B
1991–1996Zaragoza
1997Tenerife
1998–2002Celta
2002–2004Betis
2004–2005Porto
2006–2008Zaragoza
2010Betis
2013Gent
2014–2015Deportivo La Coruña
2018–2020Zaragoza

Víctor Fernández Braulio (twieled fit-28 ta' Novembru 1960) huwa kowċ tal-futbol Spanjol.

Fernández kien twieled ġewwa Zaragoza, Aragona. Tard fl-istaġun 1990–91, meta kellu biss 30 sena, huwa ġie promoss għall-ewwel tim lokali Real Zaragoza,[1] li eventwalment wassalhom fis-17-il pożizzjoni fil-kampjonat u evitalhom ir-relegazzjoni ta' La Liga fil-playoffs kontra Real Murcia; fil-ħin tal-bidu tiegħu, kien it-tieni l-iżgħar maniġer li kkowċja fil-kategorija, wara Xabier Azkargorta.

Fis-snin segwenti Fernández għen lil Zaragoza jikkonsolidaw fl-ogħla diviżjoni, notevolment ikkonverta lil Gustavo Poyet minn attakkant għal midfilder offensiv u rebaħ il-Copa del Rey fl-1994 u l-UEFA Cup Winners' Cup fl-istaġun segwenti.[2] Huwa kien meħlus mill-kariga tiegħu fit-8 ta' Novembru 1996,[3] billi laħaq l-istess xorti fis-sena ta' wara mal-klabb ġejjin, CD Tenerife.[4]

Għal erba' staġuni sħaħ fit-tard tad-90ijiet u kmien fl-2000ijiet, Fernández kien inkarigat ma Celta de Vigo, huwa għin lill-Galizjani jikkwalifikaw tliet darbiet għall-UEFA Cup matul l-espliċita tiegħu waqt li jilagħab futbol attraenti ħafna.[5] Fis-snin 2002–04 huwa ħadem mal-kollegi ta' Real Betis, rispettivament spiċċaw it-tmien u d-disa' post f'sentejn.[6]

Fis-sajf tal-2004, Fernández mar barra u ngħaqad mal-klabb Portugiż FC Porto.[7] Huwa beda l-mandat tiegħu mal-konkwista tat-Tazza Interkontinentali, iżda kien imkeċċi fi Frar tas-sena ta' wara telfa ta' 1–3 f'darhom kontra SC Braga.[8]

Fernández irritorna mal-għeżież tiegħu Zaragoza għall-istaġun 2006–07,[9] huwa kkwalifika lil-klabb għall-UEFA Cup fl-ewwel sena tiegħu, iżda kien imkeċċi f'nofs it-tieni staġun tiegħu,[10] fejn eventwalment Zaragoza spiċċaw relegati. Fir-ritorn l-ieħor ingħaqad ma Betis tard f'Jannar 2010, billi ssostitwixxa lil imkeċċi Antonio Tapia;[11][12] waqt espliċita tiegħu l-Verdiblancos kienu t-tim fil-kampjonat bl-aktar punti, iżda dawn ma setgħux eventwalment jiġu promossi mis-Segunda División, huma spiċċaw bl-istess punti mal-klabb tat-tielet pożizzjoni.

Fid-9 ta' Jannar 2013 Fernández mexa għat-tieni esperjenza tiegħu barra mill-pajjiż, billi ffirma kuntratt mal-klabb Belgjan KAA Gent.[13]

Zaragoza
Celta
Porto
  1. ^ "Fernández empezó a trabajar" [Fernández started working] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1991-03-06. Miġbur 2013-03-14.
  2. ^ "1994/95: Nayim's bolt from the blue sinks Arsenal". UEFA. 1995-06-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-22. Miġbur 2013-02-14.
  3. ^ "Víctor y Brzic, cesados" [Víctor and Brzic, sacked] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1996-11-08. Miġbur 2013-02-14.
  4. ^ "El Celta acaba con Víctor" [Celta finishes Víctor] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1997-11-10. Miġbur 2013-02-14.
  5. ^ "Víctor: "El proyecto celeste es apasionante"" [Víctor: "The celeste project is enticing"] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 1998-05-30. Miġbur 2013-02-14.
  6. ^ "Lopera confirma a Víctor Fernández como nuevo técnico" [Lopera confirms Víctor Fernández as new coach] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 2002-05-18. Miġbur 2013-02-14.
  7. ^ "El mejor equipo de mi carrera" [Best team of my career] (bl-Ispanjol). El País. 2004-08-12. Miġbur 2013-02-15.
  8. ^ "Toyota Cup 2004". FIFA. Miġbur 2013-02-15.
  9. ^ "Un emocionado Víctor Fernández regresa al equipo tras diez años" [Teary Víctor Fernández returns to team after ten years] (bl-Ispanjol). Diario de León. 1998-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-09-27. Miġbur 2013-02-15.
  10. ^ "Víctor, destituido" [Víctor, fired] (PDF) (bl-Ispanjol). El Mundo Deportivo. 2008-01-14. Miġbur 2013-02-15.
  11. ^ "Víctor Fernández, nuevo entrenador del Betis" [Víctor Fernández, new Betis manager] (bl-Ispanjol). El País. 2010-01-26. Miġbur 2013-02-15.
  12. ^ "Official: Victor Fernandez appointed new Real Betis coach". Goal.com. 2010-01-27. Miġbur 2010-07-07.
  13. ^ "Victor Fernandez is de nieuwe coach van Gent" [Víctor Fernández is the new Gent manager] (bl-Ispanjol). Sporza. 2013-01-09. Miġbur 2013-01-09.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]