Aqbeż għall-kontentut

Vera Kuzmina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Vera Kuzmina
Ħajja
Twelid Yanshikhovo-Norvashi (en) Translate, 16 Novembru 1923
Nazzjonalità Unjoni Sovjetika
Russja
Mewt Cheboksary (en) Translate, 22 Ottubru 2021
Familja
Konjuga/i Petĕr Khusankaĭ (en) Translate
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Russian Institute of Theatre Arts (en) Translate
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
figura pubblika
Impjegaturi Chuvash State Academic Drama Theatre (en) Translate
Premjijiet

Vera Kuzminichna Kuzmina (bir-Russu: Вера Кузьминична Кузьмина; 16 ta' Novembru 1923 – 22 t'Ottubru 2021) kienet attriċi Sovjetika u Russa/Ċuvaxx tat-teatru. Kisbet il-premju Artista tal-Poplu tal-URSS fl-1980.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Kuzmina twieldet fir-raħal ta' Yanshikhovo-Norvashi (issa fid-Distrett Yantikovsky, Chuvashia, ir-Russja) fis-16 ta' Novembru 1923. Matul il-Gwerra Patrijottika l-Kbira (1941–1943), ħadmet fil-qtugħ tas-siġar viċin ta' Smolensk, fir-reġjun ta' Moska. Iggradwat mill-Istitut tal-Arti tat-Teatru tal-Istat ta' Lunacharsky f'Moska, fejn l-ewwel għalliem kien l-attur tat-Teatru tal-Arti ta' Moska M. M. Tarkhanov.

Mill-1947 serviet fit-Teatru Ċuvaxx K. V. Ivanov tad-Drama Akkademiku f'Cheboksary, fejn kienet attriċi ewlenija. Kellha aktar minn 100 rwol fuq il-palk. Għal aktar minn 60 sena ta' xogħol fit-teatru, tat ħajja lil diversi klassiċi Russi u barranin, kif ukoll xogħlijiet Ċuvaxxi ta' letteratura u drama nazzjonali fuq il-palk. Bosta mir-rwoli tagħha huma ta' omm, fosthom "Black Bread" ta' Ilbekov, "Bloody Wedding" ta' F. Garcia Lorca, "Siberian Division" u "The Cuckoo Cooks Everything" ta' Terentyev, "Narspi" ta' Ivanov, "Aidar" ta 'Osipov, "Blackberries Along the Fence" ta' Boris Cheendykov u ħafna oħrajn.

Kuzmina ħadmet fuq ir-radju, fejn qrat diveri poeżiji, stejjer qosra u rumanzi, u ħadet sehem f'produzzjonijiet televiżivi u fuq ir-radju. Mill-1952, kellha sehem fid-doppjaġġ ta' aktar minn 300 film fil-lingwa Ċuvaxx. Kienet il-president tal-fergħa Ċuvaxx tal-Fondazzjoni Kulturali Sovjetika għal numru ta' snin.

Fl-1994, inġibed dokumentarju "The Cycle of Time" dwar xogħolha bħala attriċi, u nħadem fuq skript ta' Alekseev ("Chuvashcinema" and the Kazan Newsreel Studio).[1]

Ħajja personali u mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Kuzmina kienet miżżewġa lil Pyotr Khuzangai (1907–1970), poeta Ċuvaxx.[2] Kellha żewġt itfal, tifel u tifla. Binha, Atner Khuzangai (imwieled fl-1948), huwa filologu u kritiku letterarju magħruf.

Mietet fl-età ta' 97 sena wara marda twila f'Shupashkar fit-22 ta' Ottubru 2021.[1]

Premji[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Олег Усков (2021-10-22). "Умерла народная артистка СССР Вера Кузьмина" (bir-Russu). Российская газета.
  2. ^ "Чувашия простилась с легендой чувашского народа, народной артисткой СССР Верой Кузьминой". drama21.ru (bir-Russu). Официальный сайт ЧГАДТ. 2021-10-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-25. Miġbur 2021-10-25.
  3. ^ Digriet tal-President tar-Russja fl-13 ta' November 1999 Nru. 1504
  4. ^ "Указ Президента Российской Федерации от 28 мая 2014 года № 374" (bir-Russu). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-29. Miġbur 2014-05-29.

Ħoloq Esterni[immodifika | immodifika s-sors]