Vasile Milea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Vasile Milea

Vasile Milea (Lerești, 1 ta' Jannar 1927Bukarest, 22 ta' Diċembru 1989) kien politiku u ġeneral tal-armata Rumen li eżerċita l-irwol ta' kap ta' Statul Major General fl-Armata Rumena u Ministru tad-Difiża taħt Nicolae Ceaușescu. Hu kien involut fil-perjodu ta' ritrattazzjoni matul ir-Rivoluzzjoni Rumena li kkważat il-mewt ta' 162 ruħ.

Fit-22 ta' Diċembru 1989, Ceaușescu keċċieh mill-kariga tiegħu minħabba li ma kienx ordna li jinfetaħ in-nar fuq id-dimostranti li kienu okkupaw it-toroq ta' Bukarest ġurnata qabel. Skont sors uffiċjali, Ceaușescu kkunsidra din bħala att ta' tradiment u Milea għamel suwiċidju ftit wara. Madanakollu, diversi membri ta' familtu allegaw li kien maqtul wara ordni ta' Ceaușescu. Milea kien diġà f'pożizzjoni skomda meta bagħat truppi mingħajr munizzjon biex irażżnu r-rewwixta f'Timișoara.[1] Il-mewt ta' Milea wasslet sabiex is-suldati jxaqilbu favur ir-rivoluzzjoni, li effettivament temmet il-ħakma Komunista fir-Rumanija.[2]

Rapport mill-2005 wara investigazzjoni sħiħa li kienet tinkludi awtopsja, ikkonkludiet li Milea qatel lilu nnifsu meta uża arma ta' wieħed minn sħabu. Hu mifhum li hu ried li jiġi inkapaċitat sabiex jitneħħa mill-uffiċċju tiegħu, però l-balla laqtet l-arterja u miet ftit wara.[3]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Sebetsyen, Victor (2009). Revolution 1989: The Fall of the Soviet Empire (bl-Ingliż). Vintage. ISBN 978-0307387929.
  2. ^ Bransten, Jeremy. "Romania: The Bloody Revolution in 1989: Chaos As The Ceausescus Are Executed". RadioFreeEurope (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2004-01-14. Miġbur 2021-03-23.
  3. ^ Marcau, Flavius Cristian (2013). "Revolution of 1989: Milea's Suicide" (PDF). Annals of the „Constantin Brâncuși” University of Târgu Jiu, Letter and Social Science Series (bl-Ingliż). 4: 96–99.

Xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

  • Milea, Vasile; Atanasiu, Victor (1987). România în anii primului război mondial : caracterul drept, eliberator al participării României la război (bir-Rumen). 2. Bukarest, Rumanija: Editura militară. OCLC 18616519.