Unitajiet ta' kejl Maltin
Daż-żmien f'tranżazzjonijiet kummerċjali, tintuża s-sistema metrika esklużivament. Dawn l-unitajiet huma kważi kollha ta' interess storiku biss, għalkemm għadhom jintużaw f'xi idjomi jew frażijiet fissi Maltin. Ħafna minn dawn it-termini ġejjin direttament mill-unitajiet Għarbin u xi ftit minn unitajjiet Sqallin. L-ordinanza tal-piż u l-kejl tal-1921 (Weights and Measures Ordinance), mill-gvern Brittaniku, stabbilit uniformità fil-konverżjoni ta' dawn l-unitajiet tal-kejl. Dawn il-qisien ġew definiti bħala multipli sempliċi tal-unitajiet Imperjali li kienu jintużaw fir-Renju Unit dak iż-żmien.
Tul
[immodifika | immodifika s-sors]L-unitajiet tat-tul kienu jintużaw tipikament għall-kejl ta' prodotti u l-qies tal-bini. Għad-distanzi tradizzjonalment kienu jużaw kemm jieħu ħin il-vjaġġ, għalhekk m'hemmx unitajiet fuq skala kbira.
| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| pulzier | pulzieri | 1/12 | ~2.183 cm | ~0.8594 in | 55/64 ta' inch imperjali. |
| fitel | iftla | 1/2 | ~13.1 cm | ~5.156 in | Din l-unità mhux imsemmija fl-att ta' 1921. |
| xiber | xbar | 1 | ~26.19 cm | ~10.31 in | 10 u 5/16 inches imperjali. |
| qasba | qasab, qasbiet | 8 | ~2.096 m | ~2.292 yd | Din tikkorrispondi mal-fathom, imma kienet tintuża kemm fil-kuntest tal-art u u kemm tal-baħar. Il-canna (qasba) Palermitana kienet ta' 2.065 m. |
Erja
[immodifika | immodifika s-sors]Art
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1921, dawn l-unitajiet ġew definiti mill-ġdid relattivament l-istandard imperjali Brittaniku. Dawn il-valuri jirriflettu din il-bidla.
| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| kejla | kejliet | 1/60 | ~18.74 m² | ~22.41 sq yd | |
| siegħ | sigħan | 1/6 | ~187.4 m² | ~224.1 sq yd | |
| tomna | tmien,tomniet | 1 | ~1,124 m² | ~1344 sq yd | 5/18 acre. Din l-unità hi eżatt 256 qasba kwadra. Xi minn daqqiet imsejħa tumolo f'testi Ingliżi. Is-sensara ukoll għadhom isejħulhom Tumoli Cf. dunam. |
| wejba | wejbiet | 4 | ~4497 m² | ~1.111 acres | 10/9 acres. |
| modd | mdied | 16 | ~17998 m² | ~4.444 acres | 40/9 acres |
Kwadru
[immodifika | immodifika s-sors]| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| pulzier kwadru | pulzieri kwadri | 1/144 | ~4.765 cm² | ~0.7385 sq in | |
| fitel kwadru | iftla kwadri | 1/4 | ~171.5 cm² | ~26.59 sq in | |
| xiber kwadru | xbar kwadri | 1 | ~686.1 cm² | ~106.3 sq in | |
| qasba kwadra | qasbiet kwadri | 64 | ~4.391 m² | ~5.252 sq yd |
Volum
[immodifika | immodifika s-sors]Birra, inbid, u spirti
[immodifika | immodifika s-sors]| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
|---|---|---|---|---|
| pinta | pinet | 1/8 | ~142.1 ml | 0.25 pt |
| terz | terzi | 1/4 | ~284.1 ml | 0.5 pt |
| nofs | infas | 1/2 | ~568.3 ml | 1 pt |
| kartoċċ | krateċ | 1 | ~1.137 l | 2 pt |
| kwarta | kwarti | 4.75 | ~5.398 l | 9.5 pt |
| ġarra | ġarar | 9.5 | ~10.8 l | 2.375 gal |
| barmil | bramel | 38 | ~43.19 l | 9.5 gal |
Ħalib u żejt
[immodifika | immodifika s-sors]| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| kwartin | kwartini | 1/40 | ~31.96 ml | 1.125 fl oz | Imsemmi fl-Att tal-1921 biss. |
| kejla | kejliet | 1/10 | ~127.9 ml | 4.5 fl oz | Imsemmija fl-Att tal-1921 biss. |
| terz | terzi | 1/4 | ~319.6 ml | 11.25 fl oz | Għandu plurali oħra: triezi, triez u truz |
| nofs | infas | 1/2 | ~639.3 ml | 22.5 fl oz, jew 1.125 pints |
|
| kartoċċ | krateċ | 1 | ~1.279 litres | 2.25 pt | |
| kwarta | kwarti | 4 | ~5.114 L | 9 pt, jew 1.125 gal |
|
| qafiż | qofża | 16 | ~20.46 L | 4.58 gal | Imsemmi fl-Att tal-1921 biss. |
Prodotti nixfin
[immodifika | immodifika s-sors]Ta' min jinnota li hemm żewġ valuri differenti għas-siegħ (1/10 u 1/6 tomna, rispettivament).
| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| lumin | lumini | 1/600 | ~30.31 ml | ~1.849 cu in | |
| kejla | kejliet | 1/60 | ~303.1 ml | ~18.49 cu in | Fid-dokumenti notarjali antiki tissejjaħ "mondell/o/u". Il-mondello jew munneddu Sqalli kien daqs 4.28 l. Il-kelma mondello ġejja minn mudd/modd bl-Għarbi li ġejja minn modus bil-Latin. Bil-Malti hi unità oħra; ara l-aħħar ringiela. |
| siegħ | sigħan | 1/10 | ~1.818 l | ~111 cu in | Dan il-valur li jagħti Aquilina. L-att tal-1921 jagħti valur differenti. Dan l-amont hu eżatt 3.2 pints imperjali. |
| għabara | għabriet | 1/6 | ~3.031 l | ~184.9 cu in, or ~0.107 cu ft |
Imsemmija f'Aquilina biss. L-att tal-1921 jagħti dal-valur għas-siegħ u ma' jsemmix l-għabara. |
| tomna | tmien, or tomniet |
1 | ~18.18 l | ~0.6422 cu ft | Xi minn daqqiet imsejjaħ tumolo f'testi bl-Inglż. Din eżatt 4 galluni imperjali.
It-tomolo Palermitan kien ta' 17.18 l. |
| modd | mdied | 16 | ~290.9 L | ~10.27 cu ft, or ~0.3805 cu yd |
Aquilina jagħti wkoll 'salma'. Dan eżatt 64 gallun imperjali. Is-salma Palermitana kienet daqs 275 l. |
Kubiku
[immodifika | immodifika s-sors]| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
|---|---|---|---|---|
| pulzier kubu | pulzieri kubi | 1/1728 | ~10.4 ml | ~0.6347 cu in |
| fitel kubu | iftla kubi | 1/8 | ~2.246 L | ~137.1 cu in |
| xiber kubu | ixbar kubi | 1 | ~17.97 L | ~1097 cu in |
| qasba kubu | qasab kubi, jew qasbiet kubi |
512 | ~9.202 kl | ~12.04 cu yd |
Piż
[immodifika | immodifika s-sors]L-unitajiet Maltin tal-massa kollha ġew definiti mill-ġdid relattivament mat-ton imperjali Brittanika fl-1921. Qabel wieħed jista' jissoponi li kienu bbaażati fuq standard Għarbi.
| Unità | Plural | Valur relattiv |
Valur metriku |
Valur imperjali |
Noti |
|---|---|---|---|---|---|
| ottav | ottavi | 1/8 uqija | ~3.307 g | ~0.1167 oz | Imsemmi fl-att tal-1921 biss. |
| kwart (ta'uqija) | kwarti | 1/4 uqija | ~6.615 g | ~0.2333 oz | Imsemmi fl-att tal-1921 biss. |
| uqija | ewieq | 1/30 | ~26.46 g | ~0.9333 oz | |
| kwart (ta' ratal) | kwarti | 1/4 | ~198.4 g | 7 oz | |
| ratal | irtal | 1 | ~793.8 g | 28 oz, or 1.75 lb |
Ir-rotolo Palermitan kien ta' 793.4 g. |
| qsima | qsimiet | 1.25 | ~992.2 g | 35 oz, or 2.1875 lb |
|
| wiżna | wiżniet | 5 | ~3.969 kg | 8.75 lb | |
| qantar | qnatar | 100 | ~79.38 kg | 175 lb | Il-cantaro Palermitan kien ta' 79.34 kg. |
| peżata | peżati | 300 | ~238.1 kg | 525 lb | Imsemmija fl-att tal-1921 biss. |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Maltese-English Dictionary, appendiċi 10, p1658, ta' Aquilina, ippubblikat minn Midsea Books Ltd. mingħajr ISBN.
- Att dwar il-Metroloġija Kap. 454